XAQQ TA’ DAWLby Pierre Borg
Wara rebha kbira fl-ewropa rajna xaqq ta’ dawl kbir fil-partita kontra Atalanta, konna ilna ma’ nirbhulom f’darna tmien snin u dan jghid hafna minn xiex ghaddejna fl-ahhar snin.
Zgur li ma’ kinitx ser tkun partita facli ghaliex Atalanta illum meqjusin mat-timijiet il-kbar u ghandom materjal tajjeb immens ta’ players. L-ewwel taqsima kienet pjuttost kwieta ghalkemm it-tim taghna deher hafna aktar organizzat tattikament u kontra s-soltu ma’ l-ewwel okkazjoni morna fil-vantagg b’gowl ta’ Conceicao minn pass tajjeb ta’ Celik u dan kien mportanti hafna li morna fil-vantagg ghaliex kien l-ahjar mument ta’ Atalanta li kienu deheru bdew jiehdu certu riedni fil-partita.
It-tieni taqsima t-tim ghogobni hafna ghaliex hrigna aktar determinati biex naghlqu l-partita; qbilt hafna li Spalletti sahhah in-nofs bl-inkluzjoni tal-player Sarr li taghna hafna kwalita u aktar sahha ghalkemm inqala Alajbegovic li fl-ewwel taqsima flimkien ma’ Nico Gonzalez tawna hafna kwalita.
Din id-darba l-fortuna dahqitilna u wara li Kolo Muani salva r-rizultat minn fuq il-linja, wara ezatt irdupjajna minn daqqa ta’ ras tajba ta’ Bremer li taghtna trankwillita l-ahhar ghaxar minuti tal-loghba.
Issa ser ikollna gimghatejn ta’ waqfa ghal partiti tan-nazzjonal, nisperaw li f’dawn il-jiem li gejjin nirkupraw ftit players ohra ghaliex l-isfortuna ma’ waqfitx wara li rajna prestazjoni tajba mmens tal-gowler Grabara ma’ gawdejnih xejn ghaliex anka hu sofra injury serju li prattikament ghalqet l-istagun tieghu ma’ Juventus.
Niehdu nifs qawwi, nistriehu anke ahna s-sapporters dawn il-gimghatejn u bhal dejjem
FORZA JUVE.

