Żewġ esperti oħra li probabbli jinħatru Diretturi ta’ Juventusby Matthew Scerri
Hemm stennija kbira biex inkunu nafu l-ismijiet tad-Diretturi l-ġodda li Exor se jipproponu li jkunu maħtura fit-18 ta’ Jannar 2023. L-uniku isem ċert hu dak ta’ Gianluca Ferrero. Miegħu hu probabbli ferm li jkun hemm anki Benoît Ribadeau-Dumas u Suzanne Heywood. It-tnejn li huma jiffurmaw parti minn Exor u dan jixhed kemm John Elkann qed jaqla’ nies mill-kumpaniji tiegħu biex isaħħaħ il-management ta’ Juventus u anki biex jiddefendu lill-klabb f’dil-burraxka. Heywood hi Chief Operating Officer ta’ Exor u jingħad li taħdem tassew mill-qrib ma’ Elkann li japprezza l-ħidma tagħha. Din mhix l-ewwel darba li Heywood se tkun qed tifforma parti mill-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus. Ribadeau-Dumas, mill-banda l-oħra ilu jaħdem ma’ Exor għal din l-aħħar sena bil-għan li jfittex Swieqi internazzjonali ġodda fil-qasam tal-enerġija u jidentifika opportunitajiet ġodda ta’ investiment.
Matthew Scerri