Żewġ klabbs jingħaqdu f’familja waħda – Iswed u Abjad (ir-raba’ parti)by Aleandro Bartolo
- ikompli mit-tielet parti
It-traġedja tal-Heysel, 29 ta’ Mejju, 1985 Finali Tazza taċ-Champions, Liverpool vs Juventus
Semmejna t-traġedja tal-Heysel u tajjeb li nġibu fil-qosor x’seħħ dakinhar. Siegħa qabel il-kick-off tal-logħba, grupp ta’ partitarji Ingliżi attakkaw lill-partitarji li kienu qed jokkupaw iz-zona newtrali, il-famuża Kurva Z fl-istadium tal-Heysel. L-ispettaturi fil-Kurva Z, fil-parti l-kbira tagħhom Juventini, beżgħu u rtiraw mal-avvanz tal-hooligans Ingliżi iżda sabu ma’ wiċċhom il-ħajt tal-concrete tal-kurva. Qam pandemonju sħiħ, igsma sfaw mgħaffġa minn shabhom stess, partikolarment dawk li kienu qrib il-ħajt, li eventwalment ċeda.
Ħafna kienu li rnexxielhom jaqbżu fil-grawnd u jsalvaw, iżda 39 partitarju innocenti kienu anqas ixxurtjati għax mietu mgħaffġa taħt is-saqajn ta’ persuni oħra mwerwra bħalhom filwaqt li 600 oħra sfaw midruba. Fuq ordni tal-UEFA, il- logħba ntlagħbet, wara bosta ħin u diskussjonijiet, minkejja li minxura mal-art barra l-grawnd kien hemm il-katavri Juventini bix-xalpi u l-bnadar suwed u bojod imdawra magħhom.IN MEMORIAM – Biex qatt ma ninsew
Acerra Rocco, Balli Bruno, Bos Alfons, Bruschera Giancarlo, Casula Andrea, Casula Giovanni, Cerullo Nino, Chielens Willy, Conti Giuseppina, Daenecky Dirk, Fabbro Dionisio, François Jacques, Gagliano Eugenio, Galli Francesco, Gonnelli Giancarlo, Guarini Alberto, Landini Gioacchino, Lorentini Roberto, Lusci Barbara, Martelli Franco, Messore Loris, Mastrolaco Gianni, Mazzino Sergio, Papaluca Luciano, Pidone Luigi, Pistolato Benito, Radcliffe Patrick, Ragazzi Domenico, Ragnanese Antonio, Robert Claude, Ronchi Mario, Russo Domenico, Salvi Tarcisio, Sarto Gianfranco, Spalaore Giuseppe, Spanu Mario, Venturin Tarcisio, Walla Jean-Michel u Zavaroni Claudio.
Trofew “L-Aħjar Żagħżugħ tal-YFA”
Is-suċċess kbir ta’ Juventus fl-1985/86 bir-rebħ tat-22 kampjonat u t-Tazza taċ-Champions kienu tant speċjali li l-Kumitat ħass li kellha ssir xi ħaġa partikolari biex ikunu mfakkra dawn iż-żewġ kisbiet importanti.
Wara diversi laqgħat li fihom kienu mressqa bosta suġġerimenti, kien deċiż li kellha ssir xi ħaġa għall-ġid tal-futbol Malti. L-aktar idea intessanti kienet li l-Juventus Club (Malta) jisponsorja trofew li kellu jibda jingħata kull staġun lill-aktar plejer promettenti tal-kategorija ta’ taħt is-16-il sena tal-Youth FA. B’din id-deċiżjoni, kien mgħarraf il-President tal-YFA, Fr. Hilary Tagliaferro, li aċċetta bil-ferħ il-proposta tal-klabb.
Saret konferenza tal-aħbarijiet fil-kwartieri tal-YFA fil-Floriana u tnieda t-trofew li ngħata l-isem ta’ “Trofew Juventus Club Malta (1975)”. Il-mekkaniżmu tal-għażla għall-aktar plejer promettenti U/16 tal-YFA tħalla f’idejn l-uffiċjali tal-YFA bil- premjazzjoni tal-plejer żagħżugħ rebbieħ li jkun iddistingwa ruħu matul l-istaġun issir minn uffiċjal tal-Juventus Club (Malta).
It-trofew kien jinżamm għal sena biss mill-plejer rebbieħ, filwaqt li hu kien jirċievi u jżomm għal dejjem plakka kommemorattiva personalizzata. Hu ta’ sodisfazzjon kbir għall- klabb tagħna li fost ir-rebbieħa ta’ dan l-unur hemm persuni li għamlu isem fil-kampjonat lokali u waslu biex libsu I-flokk tat-tim nazzjonali. Fost dawn insibu lil David Camilleri (Ħamrun Spartans 1990/91). Mario Muscat (Hibs 1992/93), Michael Galea (Melita, 1994/95), Antoine Zahra (Floriana 1996/97), u Michael Mifsud (Sliema Wanderers 1997/98). Għar-rekord insibu li l-ewwel trofew mar ex-equo għand żewġ plejers Pawlu Ciappara (Rabat Ajax) u Pawlu Zammit (Sliema Wanderers) fl- istaġun 1985/86.
- Tabella nru. 3 – Ir-rebbieħa tat-Trofew Juventus Club Vero Amore (Malta 1975)
Il-preżentazzjoni tat-trofew kienet appuntament annwali fil-kalendarju sportiv lokali li dam għal 24 sena mingħajr interruzzjoni sal-istaġun 2008/09. Minkejja li l-kollaborazzjoni bejn il-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) u I-YFA dejjem kienet kordjali, sfortunatament mingħajr spjegazzjoni min-naħa tal-YFA dan l-unur ma baqgħax jingħata taħt l-isem tal-klabb tagħna.
Boniperti u l-ġerarkija Juventina fostna
Meta l-eku tas-suċċessi tal-era Platini u Boniek beda jitbiegħed u l-Juventus bdew it-triq biex jaffrontaw perjodu diffiċli, fl- Lulju tal-1987 f’Malta griet bħal berqa l-aħbar li fil-polza tat- Tazza UEFA it-tim Malti, Valletta FC, ġie mlaqqa’ ma’ Juventus.
Wieħed jista’ jimmaġina l-fervent, I-entużjażmu u l-istennija għal dik il-ġurnata f’Settembru li l-Juventus ta’ Tacconi, Cabrini, Bonini, Laudrup, immexxija mill-kowċ Rino Marchesi, kellhom jinżlu għal-logħob fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali.
Wasal Settembru u l-iskwadra kollha Juventina ġiet Malta, immexxija mill-President, Giampiero Boniperti u mill- ġerarkija kollha tal-klabb. Il-Kumitat tal-Juventus Club (Malta) kien ħadem bis-sħiħ malli tħabbret il-polza biex ma taħrablux din l-okkażjoni speċjali.Infatti kien fil-15 ta’ Settembru, lejlet il-partita, li delegazzjoni tal-Kumitat tal-klabb, immexxija mill-President u s-Segretarju, marret il-lukanda fejn kien alloġġjat it-tim Juventin u minkejja s-sigurtà stretta, b’mod jew ieħor stenniet sa wara l-ikel meta ħareġ il-President Boniperti li minnufih kien iffaċċjat mill- President u s-Segretarju tagħna, li stidnuh iżur il-kwartieri tal- klabb u jiltaqa’ mal-membri.
Boniperti mill-ewwel aċċetta bil-ferħ l-istedina, iżda Sergio Secco malli wasal ħdejh qallu:“President, tinsiex li llum mistednin għand l-isponsors Ariston f’villa Il-Bidnija.”
Immedjatament Boniperti dar lejh u b’dik it-tbissima sinjorili tiegħu qallu:
“Iva naf, iżda l-iskwadra ħudha int għax ili nwegħidhom li xi darba nżur il-klabb Malti, u llejla hija l-okkażjoni t-tajba.”
Ovvjament id-dirigenti tal-klabb ħarġu sparati mill-lukanda ferħana iżda konxji mid-diffikultajiet logistiċi li kellhom quddiemhom biex iħejju kollox f’temp ta’ ftit sigħat. Saru arrangamenti mal-Pulizija tal-Belt biex jittieħdu l-passi ta’ sigurtà u tingħalaq Strada Żakkarija bejn 1-4.00 u s-6.00 ta’ wara nofsinhar. Fl-istess ħin sar ukoll sforz qawwi biex il- membri jkunu nfurmati f’temp daqshekk ristrett.
Kważi b’miraklu kollox sar fil-ħin. Boniperti flimkien mal- uffiċjali għolja ta’ Juventus FC, il-Conte Cavalli D’Olivola u Dante Grassi, wasal il-klabb. Boniperti akkumpanjat mis- Segretarju Albert Callus tela’ taraġ għoli u malli wasal ħdejn il-bieb tal-klabb kien milqugħ mill-President Manwel Scerri u l-bqija tal-Kumitat. Malli wasal fuqnett, Boniperti dar lejn Manwel Scerri u qallu:
“President, kemm sibtuha fl-għoli din is-sede!”
Għal dan Manwel Scerri wieġeb:
“President, il- Juventus hekk jixirqilha li tkun fl-ogħla post possibbli!”
Wara li sar diskors ta’ merħba mill-President tagħna li għalih wieġeb Boniperti bi kliem ta’ tifħir għall-entużjażmu u l-attakkament tal-Maltin lejn Juventus, sar riceviment żgħir u preżentazzjoni ta’ rigali lill-President Juventin. Wara, għal kważi siegħa sħiħa, Boniperti dar mal-membri jiffirma u jieħu r-ritratti magħhom.
Id-deklin tat-tim li nħass anki fil-klabb
Għidna u se nibqgħu nirrepetu li r-riżultati tat-tim għandhom impatt qawwi fuq il-livell ta’ entuzjażmu tal-partitarji. Bit- tmiem tal-era Trapattoni, Juventus daħlu f’perjodu ta’ disa’ snin bla rebħ tal-kampjonat. It-tim ma kienx baqa’ jikseb riżultati tajbin u anki l-wirjiet bdew jifqaru. Naqas l-interess fit-tim u allura l-membri waqgħu f’passività li kaxkret magħha anki lid-diversi Kumitati. Il-parteċipazzjoni ferm bierda tal-membri wasslet biex il-Kumitat beda jitlef il-ħeġġa li jorganizza attivitajiet u li jkompli jaħdem bl-istess ritmu tas- snin ta’ qabel. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li wara li l-Kumitat laħaq l-akbar miri tiegħu bil-kiri ta’ sede u biż-żjarat ta’ Morini u Boniperti, daħlet ukoll ċerta għeja u naqas objettiv kbir li seta’ jagħti direzzjoni lill-ħidma tal-Kumitat fis-snin ta’ wara.
Hekk bil-mod il-mod il-klabb beda fażi ta’ deklin simili għal dik li kien għaddej minnu t-tim. Nistgħu ngħidu li kienet xi ħaġa fiżjoloģika li għall-kuntrarju ta’ dak li seħħ fis-Snin Sittin, din id-darba ma wasslitx għat-tmiem tal-istorja tal-klabb. Anzi bħat-tim Juventin, lejn nofs is-Snin Disgħin il-klabb għadda minn proċess ta’ rinnovament li kellu jagħmlu klabb aktar modern minn qatt qabel.
Kapitlu 3
Is-Snin Disgħin
Id-Disgħinijiet bdew fuq l-istess nota li biha ntemm id-deċennju ta’ qabel. Baqgħu l-istess problemi li ikkaratterizzaw l-aħħar parti tas-Snin Tmenin, jiġifieri l-apatija u t-telqa min-naħa tal- membri li kienet marbuta fuq kollox mar-riżultati kemmxejn fjakki tat-tim. L-apatija tal-membri inevitabbilment wasslet biex anki l-ħajja tal-klabb qalgħet daqqa ‘I isfel. Illum, meta nħarsu lura lejn l-ewwel nofs tas-Snin Disgħin nistgħu ngħidu li kien perjodu ta’ pawsa fejn wara l-kisbiet kbar tal-perjodu 1975-1987, il-Moviment Juventin f’Malta kien qed jiċċarġja I-batteriji għar-rinnovament qawwi li kellu jseħħ wara l-1997.
Kontinwazzjoni
Il-Juventus Club (Malta) minkejja l-ħafna diffikultajiet xorta waħda baqa’ jaqdi l-missjoni tiegħu, u s-sede nżammet miftuħa ġimgħa wara ġimgħa bil-Kumitat ikompli jaħdem biex tibqa’ ħajja fost il-Maltin u l-Għawdxin il-passjoni lejn il-flokk Juventin abjad u iswed. Sostanzjalment il-ħidma tal-Kumitat issarrfet f’kontinwazzjoni u konsolidament tas-servizzi offruti lill-membri matul is-snin ta’ qabel. II-Kumitat mexa fuq il- passi tal-epoka preċedenti fis-sens li kompla jorganizza attivitajiet soċjali u sportivi għall-membri, baqa’ għaddej bil- pubblikazzjoni ta’ “Il-Juventin” u xerred kemm felaħ l-isem ta’ Juventus fil-gżejjer Maltin.
Tkomplew l-attivitajiet bil-għan li jingabru fondi għall-klabb. Dawn kienu jikkonsistu f’attivitajiet organizzati lokalment bħal, ngħidu aħna, ikliet, lotteriji, eċċ, kif ukoll ġiti għal xi partiti ta’ Juventus. Parti sostanzjali mid-dħul kompliet tiġi investita fil- manutenzjoni tas-sede. Inżammu ħajjin il-kuntatti ma’ Turin, kemm ma’ Juventus FC direttament kif ukoll maċ-Centro Coordinamento. Forsi ma kinux snin glorjużi bħall-perjodu 1975-1987, imma certament wieħed ma jridx jinsa dawk is- snin diffiċli fejn minkejja elf ostaklu u l-interess fit-tim li kien qed jonqos, xorta waħda I-klabb baqa’ għaddej, jikkumbatti sakemm fl-aħħar irnexxielu jegħleb id-diffikultajiet u sab ruħu msaħħaħ u lest għas-snin tad-deheb tal-era Lippi.
It-tiġdid
L-istaġun 1994/95 kien wieħed li mmarka l-istorja ta’ Juventus. In-nomina tat-‘Triade‘ Bettega-Giraudo-Moggi u l-ħatra ta’ Marcello Lippi bħala kowċ wasslu biex wara disa’ snin Juventus reġgħu rebħu l-kampjonat u sena wara kisbu l-ogħla unuri tal- futbol Ewropew u Mondjali: iċ-Champions League u t-Tazza Interkontinentali.
It-tim ta’ Lippi kellu qawwa formidabbli, b’diversi stilel jissieħbu mal-Bianconeri u jagħtu sehemhom biex Juventus setgħu jkunu mill-ġdid champions mhux biss fl-Italja imma anki fl-Ewropa u fid-dinja. II-Juventini Maltin xegħlu mill-ġdid bl-imħabba lejn Juventus u reġa’ kien hemm entużjażmu liema bħalu. Kulħadd ried isegwi aktar mill-qrib lit-tim, kulħadd ried ikun infurmat minuta b’minuta dwar dak kollu li kien qed iseħħ fid-dinja tal-Bianconeri, kulħadd ried imur Turin jassisti għall-partiti.
F’dan is-sens ta’ min wieħed jirrimarka li żdiedu f’dawn is-sentejn il-ġiti organizzati mill- Juventus Club (Malta), fosthom tnejn għall-partita finali tat- Tazza Uefa (1995) u taċ-Champions League (1996). Is-safar marbut mal-partiti tal-futbol sar popolari ferm fit-tieni nofs tas-Snin Disgħin u għadd tassew kbir ta’ chartered flights u ġiti lejn Turin u partijiet oħra tal-Italja fejn kienu jilagħbu Juventus, bdew jiġu organizzati regolarment.
It-teknoloġija għenet ħafna f’dan is-sens. Kemm-il darba għamilna riferenza għall-mezzi ta’ komunikazzjoni f’din
l-istorja tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975). Hu fatt ovvju li min isegwi tim barrani jeħtieġ it-televiżjoni, ir-radju u l-internet biex ikun virtwalment qrib it-tim tal-qalb tiegħu. Fl- istess snin tal-bidu tal-era Lippi, seħħew żewġ rivoluzzjonijiet kbar mil-lat tal-komunikazzjoni. Qabel xejn beda jinfirex f’pajjiżna l-internet b’għadd kbir ta’ websites iwasslu fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin informazzjoni u aħbarijiet aġġornati kull minuta. Barra minn hekk fl-Italja kellna l-introduzzjoni tal-pay per view, jiġifieri sistema satellitari li permezz tagħha kull nhar ta’ Sibt jew Ħadd il-partitarji setgħu jaraw b’mod dirett il-partiti tas-Serie A.Dan kien xenarju għal kollox differenti mis-snin ta’ qabel meta il-partiti kienu segwiti biss permezz tar-radju u kienu jintwerew biss il-gowls u l-aqwa siltiet tal-partiti l-Ħadd filgħaxija. Ma’ dawn insemmu wkoll iċ-Champions League li ħadet xejra moderna ferm u kienet iżżomm imwaħħlin quddiem it-televiżjoni lid-dilettanti kollha tal-logħba tal- futbol. It-teknoloġija għamlitha aktar faċli li wieħed isegwi lil Juventus u tassew konna xxurtjati li dawn il-bidliet epokali seħħew proprju fil-mument meta l-iskwadra Bianconera reġgħet bdiet tiddomina fl-Italja u fl-Ewropa.
Hu ta’ min wieħed jirrimarka li l-klabb tagħna kien fost l-ewwel postijiet pubbliċi f’Malta li kien mgħammar b’teknoloġija satellitari u bil-cable tv biex il-membri setgħu jaraw il-partiti ta’ Juventus logħba wara logħba fil-kwartieri tagħna.
F’dawk l-istess snin bdiet tinfirex f’pajjiżna d-drawwa li jintwerew il-partiti fuq big screen. Anki I-klabb tagħna ħass il-faxxinu ta’ dawn il-big screens u fl-okkażjoni tal-partita finali taċ-Champions League tal-1998, il-Kumitat kien kera l-anfiteatru Grieg f’Ta’ Qali u wera l-partita proprju fuq big screen f’atmosfera mill-isbaħ li kienet tfakkar stadium tal- futbol. Din kienet waħda mill-ewwel drabi f’Malta li klabb tal- partitarji ħareġ barra mis-sede tiegħu u tella’ serata ta’ dan it-tip għall-pubbliku ingenerali.Klabb ġdid
Kien fl-1997 li grupp ta’ Juventini Maltin xtaqu u ddeċidew li jwaqqfu Juventus Club ieħor f’pajjiżna barra dak diġà eżistenti li kien il-Juventus Club (Malta) jew aħjar il-klabb tal-Belt kif kienu jirreferu għalih dak iż-żmien.
Il-klabb il-ġdid twieled minn grupp ta’ partitarji akkaniti li kienu jiltaqgħu f’ħanut il-Mosta biex flimkien isegwu l-partiti ta’ Juventus. Kien hawn li nħasset il-ħtieġa li jinfetaħ Juventus Club ġdid, ferm aktar modern, mgħammar b’teknoloġija ġdida u li kapaċi jwieġeb aħjar għall-ħtiġiet ta’ dawk iż-żminijiet.L-ewwel laqgħa mhux uffiċjali biex jingħata bidu għal dan il-proġett ġdid saret fit-Toyland Garage, il-Mosta, u għaliha kienu preżenti Mark Zammit, Vincent Vassallo, Pierre Aquilina, Pierre Borg, Pawlu Borg, William Micallef, Gennaro Camilleri, Joseph Spiteri u Simon Vella.
Wara diversi laqgħat kien ikkuntattjat Juventin ieħor, Emmanuel Cassar, li fin-nuqqas ta’ sede gentilment offra I-post tiegħu, il-Melita Restaurant f’Ħal Balzan biex jintuża bħala sede. Is-sede temporanja kienet tintuża għal-laqgħat u għax-xogħol tal-Kumitat, laqgħat mal-membri kif ukoll biex jintwerew il-logħbiet ta’ Juventus fuq screen kbir permezz tas-satellita. Il-post, għalkemm temporanju, kien spazjuż u mgħammar b’dak kollu meħtieġ biex jilqa’ u jaqdi l-bżonnijiet tal-klabb u tal-membri tiegħu.Ġimgħa wara ġimgħa l-għadd ta’ Juventini li jiffrenkwentaw il-kwartieri l-ġodda beda jiżdied bil-kbir.
Mal-grupp originali ta’ fundaturi żdiedu anki James Farrugia, Frans Sammut, Kenneth Sevasta, Darren Vella u Vincent Brincat.Kien hawn li minħabba li żdiedet l-attendenza u ntlaħqet iċ-ċifra straordinarja ta’ 2,150 membru, inħass il- bżonn li ssir Laqgħa Ġenerali biex jinħatar Kumitat Eżekuttiv li jmexxi l-klabb.
Infatti fl-April tal-istess sena, wara diversi tħejjijiet għal dan il-għan, saret f’Villa Madama l-ewwel Laqgħa Ġenerali biex ikun elett Kunsill Amministrattiv għas-sena 1997/98.Waqt il- Laqgħa, Mark Zammit inħatar President b’akklamazzjoni bil- Kumitat Eżekuttiv ikun iffurmat hekk:
- Tabella nru. 4 II-Kumitat 1997/98 tal-Juventus Club Vero Amore
Fuq suggeriment tal-President Mark Zammit, il-Laqgħa Ġenerali unanimament approvat li l-klabb jingħata l-isem ta’ ‘Juventus Club Vero Amore’.
L-inizjattiva ħabrieka u l-appoġġ qawwi tal-membri li kiseb il-Juventus Club Vero Amore ippermetta lill-President Mark Zammit u lill-membri tal-Kumitat Eżekuttiv li jakkwistaw kwartieri akbar li kienu arjużi u moderni fi Triq Madre Teresa Spinelli, Birkirkara, fejn il-kumditajiet għall-Kumitat u I-membri issa kienu eċċellenti.
Il-Kumitat elett mill-ewwel ħa l-passi meħtieġa biex il-klabb ikun rikonoxxut miċ-Centro Coordinamento Juventus Clubs f’Turin. Dan sar possibbli wara diversi kuntatti u żjarat li saru mill-President Mark Zammit u l-membri l-oħra tal-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore f’Turin. Kienet anki ntbagħtet kummissjoni mmexxija mis-Segretarju Internazzjonali, William Micallef, u magħmula minn Emmanuel Cassar (Teżorier), Frans Sammut u Vincent Vassallo. Il-kummissjoni Itaqgħet ma’ Silvio Fasciola, kap taċ-Centro Coordinamento, u wara li esponiet id-dokumenti u l-bażi sħiħa tal-klabb il-ġdid ingħata lill-klabb ċertifikat ta’ rikonoxximent.Qabel dan kien possibbli, iżda, iċ-Centro Coordinamento f’Turin xtaq ikun jaf għaliex f’pajjiż daqstant żgħir bħal Malta kien hawn żewġ klabbs tal-partitarji Juventini. Ta’ min wieħed isemmi li dik il-ħabta ċ-Centro Coordinamento ta’ Turin ma kienx jawtorizza li jitwaqqfu Juventus klabbs f’distanzi ta’ inqas minn ħamsin kilometru bejniethom.
Il-kwistjoni kienet diskussa mal-President tal-Juventus Club (Malta), Manwel Scerri, li għarraf lil Fasciola li assolutament ma kienx hemm inkwiet jew tilwim bejn il-klabbs, imma sempliċement grupp ieħor ta’ persuni li ħass il-ħtieġa ta’ klabb ieħor li jkun kemmxejn differenti minn dak li kien twaqqaf fl-1975.Iċ-ċertifikat ta’ rikonoxximent tal-Juventus Club Vero Amore nħareġ miċ-Centro Coordinamento bir- rakkomandazzjoni li r-relazzjoni bejn il-klabbs tibqa’ waħda kordjali u ta’ ħbiberija.
II-Wirja taċ-Ċentinarju
Fl-1997 kien jaħbat anniversarju importanti ferm: il-mitt sena mit-twaqqif ta’ Juventus FC. Fuq proposta ta’ Richard Muscat, iż-żewġ klabbs Maltin iddeċidew li jorganizzaw wirja speċjali biex ikun imfakkar b’mod mill-aktar xieraq dan l-anniversarju. Il-proposta ntogħġbot u l-Kumitati taż-żewġ klabbs ħatru Kumitat Konġunt biex jieħu ħsieb torganizza l-wirja.
Iċ- Chairman kien Richard Muscat, filwaqt li bħala Segretarju nħatar Albert Callus. Kien hemm anki rappreżentanti tal- klabbs fil-Kumitat Konġunt: Manwel Scerri, Stephen Spiteri u Robert Pulis għall-Juventus Club (Malta), filwaqt li għall-klabb I-ieħor tal-Vero Amore kien hemm Mark Zammit, Emmanuel Cassar u William Micallef.
L-inizjattiva ngħatat l-isem ta’ “Juventus F.C. 1897-1997: Čentinarju ta’ Glorja“. Il-wirja saret fis-swali sbieħ ta’ Villa Madama (għal darba oħra ġentilment mislufa minn Emmanuel Cassar) bejn is-7 u d-9 ta’ Novembru 1997. Fiha kienet esposta għall-pubbliku l-istorja ta’ Juventus permezz ta’ ritratti, posters, flokkijiet, banners, pubblikazzjonijiet, bandieri, xarpi, filmati, videos, u memorabilja ta’ kull tip, u materjal ieħor interessanti li kien ġej minn kollezzjonijiet privati ta’ partitarji Maltin.
Kienet wirja kbira u ta’ suċċess li damet miftuħa tlett ijiem u li ġibdet l-interess mhux biss tal-partitarji Juventini ta’ dawn il-gżejjer, iżda wkoll tal-pubbliku sportiv inġenerali, tant li żaruha madwar 4,000 persuna. Bla wisq ftahir nistgħu ngħidu li din il-wirja kienet waħda mill-aqwa wirjiet li qatt ittellgħu f’pajjiżna.L-għaqda taż-żewġ klabbs
Il-ħidma id f’id bejn iż-żewġ klabbs fl-okkażjoni tal-Wirja taċ-Ċentinarju wittiet it-triq sena biss wara biex il-klabbs jingħaqdu fi klabb wieħed. Permezz ta’ dan il-ftehim ebda wieħed miż-żewġ klabbs ma ġie xolt, anzi baqgħu jeżistu t-tnejn fi klabb wieħed bl-isem ta’ Juventus Club Vero Amore (Malta 1975). L-isem stess jirrifletti l-fatt li t-tnejn li huma baqgħu jeżistu billi nsibu s-sena 1975 min-naħa u l-isem Vero Amore mill-oħra.
Fil-fatt kien fl-1998 li bdew it-taħditiet tal-fużjoni minn Kummissjoni ad hoc magħmula minn rappreżentanti taż- żewġ klabbs. Għall-Juventus Club (Malta) dehru Manwel Scerri, Matthew Scerri u Stephen Spiteri filwaqt li Mark Zammit, Emmanuel Cassar u William Micallef irrappreżentaw lil Juventus Club Vero Amore (Malta). F’temp ta’ ftit ġimgħat ġew diskussi d-dettalji kollha tal-għaqda billi ż-żewġ klabbs kellhom rieda qawwija li jintlaħaq ftehim biex f’pajjiżna jkun hawn klabb tal-partitarji Juventini wieħed.
Malli I-Kummissjoni iffinalizzat id-dokumenti tal-ftehim, iż-żewġ Kumitati sejħu Laqgħa Ġenerali Straordinarja għall-membri rispettivi tagħhom u t-tnejn ingħataw I-awtorizzazzjoni u l-approvazzjoni mill-membri biex l-għaqda tidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.
Jekk inħarsu lejn il-qagħda ta’ llum, nistgħu facilment ngħidu li d-deċiżjoni li ħadu I-Kumitati u l-membri taż-żewġ Juventus klabbs Maltin għamlitilna unur.Kien ftehim li għamilna Ikoll kburin li aħna Juventini.
… ikompli
- partijiet preċedenti