Tibdil kbir mal-linji għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Kollox jindika li das-sajf se jkun hemm taqlib kbir mal-linji għal Juventus. Asamoah kważi ċert li se jitlaq, filwaqt li hu probabbli li anki Lichtsteiner u Alex Sandro jsellmu lil Juventus. Nafu li Juventus se jġibu lura lil Spinazzola, filwaqt li għandhom abbozz ta’ ftehim ma’ Darmian. Hu evidenti, però, li jekk jitlaq Alex Sandro, Juventus ikollhom bżonn full-back ieħor …

Injury muskolari wkoll għal Alex Sandro

MatthewJuve News Leave a Comment

Alex Sandro wkoll sofra injury muskolari u jinsab fi triqtu lura lejn l-Italja sabiex ikunu jista’ jiġi kkurat mill-istaff mediku ta’ Juventus. Sandro kien jinsab impenjat mat-tim nazzjonali Brażiljan. Ovvjament għadu kmieni wisq biex inkunu nafu kemm se jdum barra. Matthew Scerri

Alex Sandro fil-mira ta’ PSG

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Tuttosport il-futur ta’ Alex Sandro jista’ jkun ma’ PSG. Dis-sena r-rendiment tiegħu ma’ Juventus batta ħafna u forsi mentalment hu diġà għamel l-għażla li jitlaq lill-Bianconeri. Ta min jgħid li ma’ PSG Sandro eventwalment isib estimatur kbir tiegħu: Antero Henrique d-Direttur tal-Isports ta’ PSG li fil-passat kien Viċi-President ta’ Porto meta Sandro kien jilgħab fil-Portugall. Matthew Scerri