Tkompli tikber il-biża’ għall-partita tal-lejla

MatthewJuve News Leave a Comment

Theddida ċara u tonda min-naħa ta’ kap ta’ grupp ta’ ultras Juventini. La Gazzetta dello Sport qed tirraporta li fuq is-social media l-kap tat-True Boys, Davide Nouaimia Bonavita kiteb: “Mo ce ripigliamm’ tutt’ chell che è ‘o nuost. Volete la tarantella? E noi ve la diamo…” Is-sens tal-messaġġ tiegħu hu: se nieħdu dak li hu tagħna. Il-Pulizija Taljana hi mħassba …

Stewards fil-Curva Sud

MatthewJuve News Leave a Comment

Nhar is-Sibt kontra Verona fil-Curva Sud tal-Allianz Stadium se jkun hemm l-istewards bħal fil-bqija tal-grawnd. Xogħolhom se jkun ovvjament li jassiguraw li ma jkunx hemm ġlied. Skont Tuttosport din hi ħaġa li qatt ma ġrat minn mindu ntefaħ l-Allianz Stadium tmien snin ilu. Matthew Scerri

Aktar sigurtà fl-Allianz Stadium

MatthewJuve News Leave a Comment

CCTV cameras ġodda ġew installati fl-Allianz Stadium bil-għan li jkun hemm iktar sigurtà fl-istadium Juventin. Seba’ kameras HD twaħħlu fiz-zoni ta’ dħul fil-grawnd, filwaqt li tmien panomera multifocal cameras żdiedu mal-erbatax li diġà kien hemm biex iħasru l-curvi u l-istands kollha fejn ikunu s-supporters. Panomera camera oħra twaħħlet fil-gates tad-dħul. Apparti l-kameras, tajjeb ngħidu li fis-Settur Est twaħħlu metal detectors …

X’se jiġri fl-14 ta’ Ġunju?

MatthewJuve News Leave a Comment

It-tours tal-Allianz Stadium għall-14 ta’ Ġunju ġew kollha kkanċellati. Dan ifisser li hemm xi ħaġa kbira li se tiġri dakinhar, probabbli l-preżentazzjoni ta’ xi plejer jew il-kowċ il-ġdid. Fil-fatt dat-tip ta’ preżentazzjonijiet normalment isiru fl-Allianz Stadium bil-persuna kkonċernata jkollha l-opportunità li żżur il-faċilitajiet kollha tal-iStadium u l-JMuseum. Matthew Scerri

Juventus-Udinese hi l-partita numru 200 fl-Allianz Stadium

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla kontra Udinese, Juventus se jilagħbu l-partita numru 200 fl-Allianz Stadium. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw uħud mill-isbaħ mumenti f’dawn il-200 partita. ⚪⚫ La @juventusfc festeggia stasera le 2⃣0⃣0⃣ partite allo #Stadium 🎉 🎥 Ecco alcuni grandi gol dei Bianconeri in #UCL nella loro casa dal 2011 👇 pic.twitter.com/wt6ZtcKinB — La UEFA (@UEFAcom_it) March 8, 2019

Vandaliżmu mis-supporters Interisti fl-Allianz Stadium

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit Calciomercato.com qed jirraporta li s-supporters Interisti wettqu atti vandaliċi fl-Allianz Stadium fi tmiem il-partita kontra Juventus. Allegatament tkissru xi toilets u anki nqalgħu xi siġġijiet. Jidher anki li ġiet aggredita mara tas-security tal-istadium meta ppruvat twaqqaf lil xi supporters Interisti milli jaqbżu l-fence sabiex imorru f’partijiet oħra tal-grawnd. Dejjem is-sit Calciomercato qed jirraporta lis-supporters Interisti bdew idardruha sa mill-ewwel …

Borra u silġ jiksu l-Allianz Stadium!

MatthewJuve News Leave a Comment

Ftit ġimgħat ilu rajna Atalanta-Juventus fiċ-ċpar. Illum Juventus-Atalanta se tintlagħab fis-silġ. Turin f’dawn il-jiem kienet miksija bil-borra u f’dawn il-mumenti ta’ qabel il-partita l-pitch tal-Allianz Stadium hu miksi bis-silġ, filwaqt li l-borra qed tkompli nieżla. Matthew Scerri

Juventus ilhom 22 partita bla telfa f’darhom fl-Ewropa

MatthewJuve News Leave a Comment

Kurżità interessanti: Juventus ilhom 22 partita (ftit inqas minn 5 snin!) bla telfa f’darhom fl-Ewropa. Attwalment Barcellona għandhom sensiela ta’ partiti bla telfiet f’darhom għax ilhom 24 partita ma jsofru telfa fin-Nou Camp. Jekk inwessgħu l-ħarsa tagħna għas-sensiliet l-oħra tal-passat insibu dawn ir-rekords: 29 partita > Bayern: 04/03/1998-02/04/2002 24 partita > Arsenal: 14/09/2004-15/04/2009 24 partita > Barcellona: 18/09/2013 – għadha …

Is-supporters jipprotestaw għall-fatt li l-Curva Sud se tibqa’ magħluqa dakinhar ta’ Juventus-Genoa

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-supporters Bianconeri ma jridux jaċċettaw is-sentenza tat-Tribunal tal-Appell tal-FIGC li ddeċieda li l-Curva Sud fl-Allianz Stadium għandha tibqa’ magħluqa dakinhar ta’ Juventus-Genoa. Is-sentenza waslet b’rabta mal-proċess quddiem il-Giustizia Sportiva dwar l-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn ta’ biljetti ta’ partiti fl-Allianz stadium. Kif għidna s-supporters ma jridux jaċċettaw din id-deċiżjoni u online qed jidher flyer li jistieden lis-supporters jiltaqgħa dakinhar stess ftit …