Arthur ma jridx jilgħab iktar għal Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Mundo Deportivo Arthur ta d-disponibbiltà tiegħu sabiex imur lura Spanja kif mitlub minn Barcellona. Madankollu, dejjem skont dil-gazzetta, Arthur talab lill-avukati tiegħu biex jilħqu ftehim ma’ Barcellona sabiex ikun ma jkollux għalfejn jinżel iktar fil-grawnd għall-aħħar impenji tal-klabb. Arthur irid li l-kuntratt tiegħu jkun xolt b’mod immedjat u hekk jevita li jilgħab fiċ-Champions League ma’ Barcellona. Matthew Scerri

Arthur jwaqqaf ħesrem l-istaġun tiegħu ma’ Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

Arthur iddeċieda li ma jkomplix l-istaġun ma’ Barcellona. Hu kien mistenni għall-swab test wara ftit jiem mistrieħ, iżda madankollu ma deherx u minflok għarraf lil Barcellona li kien se jibqa’ l-Brażil. Min dak li qed ikun irrapurtat, Arthur lanqas kien informa lil Barcellona li kien se jmur lura pajjiżu. Il-midfielder iddeċieda li ma jippreżentax ruħu għat-training bi tħejjija għall-impenji taċ-Champions …

Injury għal Arthur imma jista’ jkun fittizju

MatthewJuve News Leave a Comment

Arthur se jitlef Alaves-Barcellona minħabba injury fl-għaksa. Setien spjega li dil-problema qamet fl-aħħar sigħat. Skont JMania, hu possibbli li dan l-injury hu biss skuża biex tgħatti d-diżgwid bejn il-kowċ u l-plejer. Arthur spiss qed jibqa’ barra mit-tim  u fil-jiem li għaddew kien hemm ħafna polemiki għax Arthur deher jittewweb waqt li kien fuq il-bank tas-sostituti fil-partita kontra Osasuna. Il-gazzetta Mundo …

Il-President ta’ Barcellona jispjega x’wassal għall-bdil Arthur-Pjanic

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn Rac 1, il-President ta’ Barcellona, Bartomeu spjega l-akkwist ta’ Pjanic min-naħa tal-klabb tiegħu. Hu sostna li l-bdil Pjanic-Arthur sar prinċipalment għax Barcellona kien ilhom iridu lil Pjanic u jemmnu li hu utli għat-tim tagħhom. Imbagħad hemm raġunijiet ekonomiċi li wasslu għal dan il-bdil, anki jekk Bartomeu eskluda li l-ftehim sar sabiex l-accounts tal-klabb ikunu f’posthom. Matthew Scerri

Arthur tkellem anki ma’ Dani Alves

MatthewJuve News Leave a Comment

Calciomercato.com qed jiżvelaw li Dani Alves hu wieħed minn dawk li tkellmu ma’ Arthur u kkonvinċuh jingħaqad ma’ Juventus. Nafu li Arthur għall-ewwel ma riedx jitlaq lil Barcellona peress li kien (u għadu) jħossu ttradut mill-klabb Spanjol li l-ewwel imlewlu rasu u mbagħad neħħewh mal-ewwel okkażjoni li waslitilhom. Dani Alves kellu kliem ta’ tifħir għal Juventus u ta l-parir lil …

Paratici jgħid tiegħu dwar il-bdil Arthur-Pjanic

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Genoa-Juventus, Fabio Paratici spjega li Arthur hu plejer li Juventus kienu ilhom isegwu qabel ingħaqad ma’ Barcellona u jemmnu li hu ideali għall-istil ta’ logħob tat-tim ta’ Sarri. Fi kliem Paratici din hi opportunità li qamet fis-suq tat-trasferimenti, imma fl-istess ħin hu akkwist marbut mal-proġetti futuri ta’ Juventus. Paratici żied anki li malli kien hemm l-opportunità li Juventus jixtru …

L-ewwel messaġġ ta’ Arthur wara li tħabbar li ngħaqad ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

View this post on Instagram Ringrazio per il grande interesse da parte della @Juventus per l'integrazione alla società. Sò di andare ad appartenere ad un grande club; ci aspettano molte sfide da superare insieme ai bianconeri. ⚽️ Ahora enfocados en el presente, tenemos objetivos importantes en Barcelona y voy a seguir hasta el final dándolo todo: por mis compañeros y …

Arthur u Pjanic iffirmaw!

MatthewJuve News Leave a Comment

It-testijiet mediċi ta’ Arthur u Pjanic marru sew u tard ilbieraħ it-tnejn li huma ffirmaw il-kuntratt mal-klabb il-ġdid tagħhom. Probabbli llum jew għada se tingħata l-aħbar uffiċjali tal-ftehim. Intant, ilbieraħ fit-tard, Arthur mar lura Spanja. Fix-xahrejn li ġejjin Arthur se jibqa’ jilgħab għal Barcellona, filwaqt li Pjanic irid jagħti sehmu biex Juventus jirbħu l-kampjonat Taljan u ċ-Champions League. Matthew Scerri

Dalgħodu Arthur se jkun fil-JMedical

MatthewJuve News Leave a Comment

Tard il-lejl li għadda Arthur wasal Turin. It-titjira tiegħu llendjat fl-ajruport ta’ Caselle għall-ħabta tas-1.00 dal-lejl, wara li aktar kmieni lbieraħ stess kien impenjat ma’ Barcellona kontra Celta. Hu kien akkumpanjat minn missieru Ailton, ħuh Paulo Henrique u l-eks uffiċċjal ta’ Barcellona, Robert Fernandez (li mar miegħu Turin sempliċiment bħala ħabib tiegħu, mhux biex jirrappreżenta lil Barcellona). Dalgħodu hu se …