Posts

Bernardeschi jkompli jiddeludi

Juventus-Verona kienet konferma oħra tal-kriżi li ilu għaddej minnha Federico Bernardeschi. Meta taqra l-kummenti tas-supporters wara l-partita, tinduna kemm verament is-supporters donnhom qatgħu qalbhom minnu. Fil-grawnd mhu qed ikun qatt effettiv u, bħall-bieraħ, malli ħareġ hu t-tim deher jilgħab aħjar. Nifhmu li fil-gerarkiji llum Bernardeschi spiċċa ferm wara Chiesa u Kulusevski, u min jaf jekk mhux anki wara Frabotta wkoll. Veru li għadu ġej minn injury, però hu veru wkoll li fit-tliet snin li ilu ma’ Juventus, ftit li xejn wera l-valur tiegħu. Nittamaw li Pirlo jagħraf verament joħroġ l-aħjar minnu għax inkella verament tkun riesqa lejn tmiemha l-esperjenza tiegħu ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Kollu tort ta’ Bernardeschi?

Juventus kellhom ftehim ma’ O.Lyon biex jixtru lil Aouar għas-somma ta’ 50 miljun Ewro flimkien mas-self ta’ Bernardeschi. Hekk għallinqas qed isostni France Football. Madankollu Bernardeschi ma riedx jaċċetta dat-trasferiment u għaldaqstant Aouar baqa’ ma’ O.Lyon.

Matthew Scerri

Bernardeschi lura għat-training ma’ sħabu

Federico Bernardeschi llum ttrenja mal-kumplament tat-tim Juventin. Dan ifisser li hu rkupra mill-injury li kellu u jinsab lest biex jirritorna fl-azzjoni fi tmiem il-ġimgħa.

Matthew Scerri

Morata ma’ Juventus possibbli biss jekk …

Alvaro Morata kemm-il darba ssemma ma’ Juventus fl-aħħar jiem. Atletico Madrid, però, ma jridux ibigħuh. Tajjeb ngħidu li l-Ispanjoli investew 60 miljun biex xtrawh u għaldaqstant mhux se jitilquh minn idejhom għal inqas minn hekk. L-unika tama għal Juventus li jixtru lil Morata hi li Atletico Madrid jaċċettaw bdil ma’ Douglas Costa jew Bernardeschi. F’dan l-istadju hu ovvju li Juventus ma jistgħux jonfqu 60 miljun, biss jekk Atletico jieħdu lil Costa jew lil Bernardeschi, il-Bianconeri jkun fadlilhom biss somma żgħira x’joħorġu biex tagħmel tajjeb għad-differenza fil-valur tal-plejers.

Matthew Scerri

Bernardeschi fil-mira ta’ Roma

Federico Bernardeschi jinsab mill-ġdid fil-mira ta’ Roma. Nafu li l-klabb tal-kapitali qed jipprova jbigħ lil Dzeko u lil Under. Barra minn hekk għadhom kemm tilfu lil Zaniolo għal sitt xhur. Skont La Repubblica, Roma qed jikkunsidraw li jressqu offerta għal Bernardeschi peress li hu plejer li kapaċi jilgħab bħal midfielder jew attakkant estern.

Matthew Scerri

Stqarrija ta’ Juventus dwar l-injury ta’ Bernardeschi

Wara li sofra injury muskolari mat-tim nazzjonali Taljan, Bernardeschi llum sarulu xi testijiet mediċi fil-JMedical. Irriżulta li l-injury tiegħu hu ta’ entità medja. Ħmistax-il ġurnata oħra se jerġgħu jsirulu xi testijiet oħra biex it-tobba jifhmu jekk ikunx fieq jew le. Fi kliem ieħor Bernardeschi se jitlef l-ewwel partita tal-kampjonat.

Matthew Scerri