Immorru lura għas-sena 1961 meta Juventus laqgħu f’darhom lil Padova f’partita tal-kampjonat. Dakinhar il-Bianconeri rebħu 2-1 b’doppjetta ta’ Nicolè.
Bħal-lum fil-passat (21 ta’ Jannar)
Il-partita mil-passat tal-lum hi Juventus-Roma tal-1962. Kienet partita mimlija gowls li ntemmet bl-iskor ta’ 3-3. Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (20 ta’ Jannar)
Il-protagonist assolut dakinhar tal-20 ta’ Jannar 1988 kien Ian Rush. F’partita tal-Coppa Italia hu kien skurja erba’ gowls fir-rebħa li Juventus kisbu barra minn darhom kontra Pescara bl-iskor kbir ta’ 2-6.
Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Jannar)
Fis-sena 2004, proprju bħal-lum it-18 ta’ Jannar, fl-Istadio Delle Alpi Juventus kienu laqgħu lil Siena. Il-grawnd kien miksi bis-silġ, biss dan ma waqqafx lit-tim formidabbli ta’ Juventus milli jikseb rebħa kbira. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-2, b’hattrick ta’ Del Piero u gowl ieħor ta’ Trezeguet.
Bħal-lum fil-passat: 17 ta’ Jannar 1996 Juve jirbħu l-ewwel Super Cup tal-Italja
Fis-17 ta’ Jannar 1996 Juventus rebħu għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom is-Super Cup tal-Italja.
Bħal-lum fil-passat: 16/1/1985 Juventus jirbħu s-Super Cup tal-Ewropa
36 sena ilu bħal-lum Juventus rebħu għall-ewwel darba s-Super Cup tal-Ewropa. Kien proprju fis-16 ta’ Jannar 1985 li Juventus laqghu f’darhom lil Liverpool f’partita li ntlagħbet minkejja l-ħafna silġ kesa l-pitch. U dakinhar l-eroj ta’ Juventus kien Zibi Boniek, il-‘Bello di notte’, li skorja d-doppjetta deċiżiva għall-Bianconeri.
Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Jannar)
Fil-15 ta’ Jannar 1997 Juventus marru Pariġi biex jilagħbu l-ewwel leg tas-Super Cup Ewropea. Il-Bianconeri, Champions tal-Ewropa, urew il-qawwa tagħhom b’rebħa kbira ta’ 1-6.
Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Jannar)
Ħarsa oħra lejn il-passat. Fl-14 ta’ Jannar 1951 Juventus marru Bergamo jilagħbu kontra Atalanta u kisbu rebħa kbira bl-iskor ta’ 1-5.
Bħal-lum fil-passat (13 ta’ Jannar)
Pisa-Juventus tal-1991, b’rebħa kbira favur Juventus bl-iskor ta’ 1-5. Il-gowls kellhom il-firma ta’ Casiraghi (3) u Roberto Baggio (2).
Bħal-lum fil-passat (12 ta’ Jannar)
Filmat tal-partita Juventus-Ternana li ntlagħbet bħal-lum fl-1975. Skor finali 2-0 bil-gowls ta’ Damiani u Causio.