Bonucci: “Nixtieq nikkowċja lil Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista esklussiva mogħtija lil Corriere dello Sport, Leonardo Bonucci ammetta li x-xewqa tiegħu hi li ‘l quddiem jikkowċja tim kbir. Fuq nett tal-preferenzi tiegħu insibu ovvjament lil Juventus. Bonucci ammetta li telaq lil Juventus għax kien irrabjat, imma wara fehem li meta wieħed ikun irrabjat jieħu deċiżjonijiet ħżiena. Finalment Bonucci ammetta li fil-passat kellu xi jgħid ma’ Allegri biss issa …

Allegri: “Bonucci jrid ikun irrispettat”

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ Allegri lejlet Juventus-Lazio, Allegri kellu mod li jiddefendi lil Bonucci hekk kif għada se jerġa’ jilgħab fl-Allianz Stadium bħala plejer ta’ Juventus. Hu qal: “Bonucci hu plejer ta’ Juventus u bħal kulħadd ieħor, irid jiġi kkunsidrat dak li jagħmel fil-grawnd. Hu dejjem ittrenja u lagħab b’passjoni kbira. Allura jrid ikun irrispettat għal dak li jagħmel.” Matthew …

Wirja tajba għal Ronaldo u Bonucci

MatthewJuve News Leave a Comment

Ronaldo u Bonucci lagħbu għall-ewwel darba ma’ Juventus dis-sena fl-isfida kontra t-tim Primavera f’Villar Perosa. Huma kellhom wirja mill-aqwa. Anki jekk l-avversarju kien li kien, xorta waħda rajna mingħandhom ħafna mossi sbieħ. Ronaldo fetaħ l-iskor wara biss tmien minuti u wara kellu diversi okkażjonijiet biex jerġa’ jiskurja. Ħin minnhom ipprova rovesciata imma did-darba ma sabx ix-xibka bħalma għamel f’April li …

Illum fil-5.00 p.m. se jkollna l-ewwel partita ta’ Ronaldo u Bonucci

MatthewJuve News Leave a Comment

F’Villar Perosa kollox jinsab lest għall-partita tradizzjonali bejn Juventus A u Juventus B, jiġifieri l-isfida interna bejn l-ewwel tim u dak Primavera. Illum, kif nafu, se jkollna d-debutti ta’ Ronaldo u Bonucci. Fir-raħal ċkejken ta’ Villar Perosa hu stmat li llum se jkun hemm mal-15,000 supporter (Villar Perosa għandu popolazzjoni ta’ madwar 4,000 ruħ!). Skont Calciomercato.com inbigħu 4,800 biljett mill-4,900 …

Bonucci jgħid tiegħu dwar il-banketta ta’ Oporto

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ preżentazzjoni, Bonucci kellu l-opportunità li jiżvela dak li verament seħħ waqt il-partita kontra Porto. “Dakinhar jien kelli posti. Kif tafu jien ngħix il-partiti b’mod nervuż ħafna. Kont qiegħed bilqiegħda f’nofs il-filliera u ddeċidejt li nibdel posti biex inkun fit-tarf. Wara ftit ġie min kellu joqgħod f’dak il-post u allura spiċċajt bilwieqfa fil-lounge. Imbagħad għajjejt u minn …

Bonucci: “Tlaqt f’mument ta’ rabja”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Sena ilu tlaqt lil Juventus f’mument ta’ rabja. Ma kontx qed inħossni komdu emotivament u kont naf li hekk ma stajt nagħti sehmi fil-grawnd. Mort ma’ Milan, imma qalbi baqgħet dejjem hawn.” Hekk tkellem Bonucci waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ preżentazzjoni tiegħu. Hu spjega li, kif dejjem intqal, kien hemm diversi episodji  li ġegħluh jitlaq, fosthom anki l-argument li kellu ma’ …