Buffon rebaħ 12-il kampjonat … u l-iscudetti ta’ Juventus huma 38!

MatthewJuve News Leave a Comment

F’dawn il-jiem smajna lill-ġurnalisti Taljani jfaħħru lil Buffon talli rebaħ l-għaxar kampjonat fil-karriera tiegħu. Bħal dejjem dan hu mod kemxejn arroganti tal-ġurnalisti Taljani anti-Juventini li jxejnu ż-żewġ scudetti ta’ Calciopoli. Fil-verità Buffon rebaħ 12-il kampjonat fil-grawnd għax kif dejjem għidna u sostnejna l-iscudetti li ttieħdu b’rabta mas-sentenza ta’ Calciopoli huma kampjonati li Juventus iddominaw u rebħu regolarment fil-grawnd. Ma nixtieqx …

Il-jum tar-rekord ta’ Buffon

MatthewJuve News Leave a Comment

Gigi Buffon illum mistenni jibda mill-ewwel minuta kontra Torino biex b’hekk se jkun qed jikser rekord inkredibbli fl-istorja tas-Serie A. Fil-fatt dik tal-lum se tkun il-partita numru 648 fil-karriera tiegħu u allura se jkun lagħab partita iktar minn Paolo Maldini fis-Serie A. Mil-lum Buffon se jkun il-partita li lagħab l-akbar numru ta’ partiti fl-istorja tas-Serie A. Id-debutt tiegħu seħħ fid-19 …

Ħames partiti bla ma naqilgħu gowl

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-erba’ partiti tal-perjodu post-Covid-19, Juventus ma qalgħux gowl wieħed. Jekk inżidu ma’ dawn l-erba’ partiti anki dik kontra Inter qabel il-waqfa, insibu li s-serje ta’ clean sheets għal Buffon/Szczesny hi ta’ ħames partiti. De Ligt illum sar surmast u blata fuq wara, filwaqt li Bonucci qed ikollu wieħed mill-aqwa staġuni ta’ dejjem. Kif stqarr Sarri fi tmiem il-partita tal-bieraħ, fl-Italja …

Paratici jitkellem dwar il-kuntratti l-ġodda ta’ Chiellini, Buffon u Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-intervista mogħtija lil Sky, Paratici spjega f’liema stadju jinsabu t-taħdid għat-tiġdid tal-kuntratti ta’ Chiellini, Buffon u Dybala. Skontu, il-ftehim ma’ Chiellini u Buffon hu qrib ħafna. Juventus jinsabu għaddejjin bit-taħdidiet anki ma’ Dybala biss bħalissa kollox kellu jieqaf ftit minħabba l-pandemija. Matthew Scerri