Mill-Ingilterra qed tasal l-aħbar li Juventus talbu lil Emerson Palmieri b’self. Il-full-back Taljan jixtieq jitlaq lil Chelsea biex ikun jista’ jilgħab b’mod regolari u hekk ikollu ċans ikbar li jintgħażel mat-tim nazzjonali Taljan għall-Kampjonat Ewropew. Matthew Scerri
Pogba jista’ jingħaqad ma’ Juventus bi bdil ma’ …
Skont Daily Mail, Manchester United lesti jilqgħu t-talba ta’ Mino Raiola biex Pogba jingħaqad ma’ tim ieħor. Hu probabbli li huma jkunu lesti jaċċettaw bdil ta’ plejers ma’ Juventus. Il-bdil se jkun x’aktarx bejn Pogba u Dybala. Matthew Scerri
Paratici jrid lil Rovella ma’ Juventus akkost ta’ kollox
Juventus huma interessati li jiksbu lill-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Genoa, Nicolò Rovella. Paratici jridu b’saħħa u offrilu kuntratt hekk kif dis-sena jintemmlu l-kuntratt li għandu ma’ Genoa. Skont Calciomercato.com, Juventus tant iriduh u lesti jiftħu negozjati ma’ Genoa f’każ li Rovella jagħżel li jiffirma kuntratt ġdid ta’ Preziosi. Matthew Scerri
Alaba għadu ma jridx jiffirma kuntratt ġdid ma’ Bayern Munich
Skont Sport Bild reġgħu fallew in-negozjati ta’ Bayern Munich ma’ Alaba biex jikkonvinċuh jiffirma kuntratt ġdid magħhom. F’dan l-istadju jidher li r-rieda ta’ Alaba hi li ma jiffirmax kuntratt ieħor ma’ Bayern ħalli fis-sajf 2021 ikun jista’ jingħaqad ma’ min irid. Matthew Scerri
Malen u Gravenberch fil-mira ta’ Juventus u Barcellona
Juventus u Barcellona mhux se jkunu biss avversarji fil-grawnd illejla. It-tnejn li huma jidhru li anki fis-suq tat-trasferimenti qed imorru għall-istess plejers biex isaħħu lit-tim tagħhom. Fl-Olanda, pereżempju, Juventus u Barcellona qed isegwu b’interess qawwi lil Donyell Malen ta’ PSV u Ryan Gravenberch ta’ Ajax. Iż-żewġ talenti jidhru lesti biex jingħaqdu ma’ tim ta’ livell għoli u għaldaqstant kemm Juventus …
Lovato jimpressjona lil Juventus
Matteo Lovato kellu wirja tajba ferm ilbieraħ kontra Juventus u jidher li Paratici u n-nies tiegħu jinsabu determinati li jkomplu jsegwuh bil-għan li forsi jiffirmawh is-sena d-dieħla. Hu għad għandu 20 sena u hu l-leader tad-difiża tassew qawwija li Verona qed ikollhom f’din l-ewwel parti tal-istaġun. Il-valur tiegħu mistenni jogħla sew hekk kif diversi top clubs tefgħu għajnejhom fuqu. Matthew …
Inter interessati ferm f’Dybala
Il-ftehim bejn Juventus u Paulo Dybala għall-kuntratt il-ġdid tiegħu għadu ma nstabx. It-taħdidiet ilhom għaddejjin iktar minn sena u l-ispekulazzjonijiet mhuma jieqfu xejn. Pubblikament Paratici dejjem stqarr li Juventus iridu jibnu lit-tim tagħhom madwar Dybala anki fis-snin li ġejjin. Anki Pirlo tkellem f’das-sens. Madankollu l-media ma tantx qed temminhom. Kif għidna hemm ħafna għidut dwar il-futur tiegħu. Qed jingħad pereżempju …
Perez lest ikeċċi lil Marcelo
Florentino Perez jidher li jinsab imxebba’ b’ċerta plejers li hemm fit-tim tiegħu. Fost dawn hemm Marcelo. Don Balon qed jirrapurtaw li wara t-telfa kontra Shakhtar, Perez ħadha ma’ Marcelo u qallu li f’Jannar se jbigħu. Bħal dejjem qed jisemmew Juventus bħala d-destinazzjoni l-aktar probabbli għalih peress li Marcelo hu ħabib kbir ta’ Ronaldo. Matthew Scerri
Juventus fost it-timijiet li l-aktar huma interessati f’Demir
Juventus tefgħu għajnejhom fuq talent żagħżugħ ieħor li qed jagħmel isem għalih innifsu fix-xena Ewropea. Qed nirreferu għal Yusuf Demir, trekwartista ta’ 17-il sena li kellu wirjiet mill-aqwa ma’ Rapid Vienna. Apparti Juventus, jidher li hu qed ikun segwit anki minn Borussia Dortmund u Bayern Munich. Matthew Scerri
Interess f’Dybala mill-Ingilterra
Is-sit todofichajes.com qed isostni li klabbs Ingliżi għadhom interessati ferm fl-akkwist ta’ Paulo Dybala. Il-klabbs huma: Chelsea u Manchester United. Il-prezz li Juventus qed jitolbu għalih hu ta’ 85 miljun Ewro. Matthew Scerri