Illum l-Uefa se tiddeċiedi

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum hi ġurnata importanti biex inkunu nafu x’se jkun il-futur tal-kampjonat domestiċi, il-kompetizzjonijiet Ewropej u l-Euro2020 hekk kif il-President tal-Uefa se jkollu laqgħa permezz ta’ video conference mal-kapijiet tal-Federazzjonijiet kollha. Illum x’aktarx ikollna idea aktar ċara dwar kif se jitkomplew il-kampjonati, iċ-Champions League u l-Europa League. Barra minn hekk illum suppost ikun imħabbar li l-Euro2020 se jkollu jintlagħab f’dati oħra …

L-Uefa waqqfet iċ-Champions League u l-Europa League

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Uefa kellha tbaxxi rasha u waqqfet għalissa l-partita kollha taċ-Champions League u tal-Europa League. Il-kompetizzjonijiet se jitkomplew wara li tgħaddi l-emerġenza Coronavirus. S’issa għadu mhux magħruf meta dan se jkun jista’ jseħħ. Probabbli li jkollu jinbidel il-format tal-kompetizzjoni: hemm min qed jgħid li l-konfronti tal-Kwarti u tas-Semi-Finali se jintlagħbu fuq partita waħda f’grawnd newtrali; teorija oħra hi li jista’ jkun …

L-Uefa se tiddeċiedi nhar it-Tlieta

MatthewJuve News Leave a Comment

Nhar it-Tlieta 17 ta’ Marzu l-Uefa sejħet Laqgħa Straordinarja tal-Eżekuttiv tagħha, liema laqgħa se ssir permezz ta’ videoconference. F’din il-laqgħa se jkun deċiż x’għandu jsir dwar iċ-Champions League u l-Europea League hekk kif l-Ewropa kollha hi milquta mill-Coronavirus. F’dan l-istadju hu probabbli li l-Uefa tħassar il-Euro2020 sabiex hekk il-kampjonati domestiċi u l-kompetizzjonijiet Ewropej ikunu jistgħu jitlestaw sa nofs Lulju. Matthew …

L-Uefa mistennija tħabbar li se jieqfu anki ċ-Champions League u l-Europa League

MatthewJuve News Leave a Comment

Marca qed tbassar li l-Uefa daqt se jkollha twaqqaf iċ-Champions League u l-Europa League. Il-pajjiżi l-kbar qegħdin kollha mifluġin bil-Coronavirus u l-Gvernijiet qed jieħdu miżuri drastiċi li qed jagħmlu kważi impossibbli minn tal-inqas sa April biex il-partiti jkunu jistgħu jintlagħbu. L-Uefa għaldaqstant mhi se jkollha ebda soluzjoni oħra għajr li jwaqqfu kollox għalissa. Matthew Scerri

Waqqfu l-kompetizzjonijiet Ewropej!

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara l-farsa Taljana, issa qed nassistu għall-farsa tal-Uefa li qed tkompli għaddejja bil-kompetizzjonijiet Ewropej minkejja r-riskji kbar ta’ saħħa f’dawn iż-żminijiet. Fl-aħħar jumejn rajna xeni li tassew jidhru maqtugħa mir-realtà. Valencia-Atalanta, pereżempju, rat eluf ta’ supporters ta’ Valencia jinġabru barra l-istadium biex jagħtu s-support tagħhom lit-tim tal-qalb tagħhom. Il-logħob l-ieħor li ntlagħab ra ukoll stadiums ippakkjati b’eluf ta’ supporters. Il-periklu …

S’issa Juventus-O.Lyon se tintlagħab, imma …

MatthewJuve News Leave a Comment

Tibqa’ tirrenja l-inċertezza dwar Juventus-O.Lyon tas-17 ta’ Marzu. S’issa l-liġijiet Taljani qed jippermettu li din il-partita tintlagħab bil-bibien magħluqa. Mhux magħruf jekk il-Gvern Taljan huwiex se jieħu miżuri ġodda li jibdlu kompletament ix-xenarju. Lanqas ma hu ċert jekk verament l-Uefa hix se tippermetti li din il-partita tintlagħab fl-Italja. O.Lyon qed jesprimu pubblikament il-perplessitajiet dwar il-fatt li se jkollhom imorru l-Italja …

Il-logħob tal-kompetizzjonijiet Ewropej jista’ jintlagħab fl-Italja, imma …

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-digriet tal-Gvern Taljan kif emendat ilbieraħ qed iwaqqaf l-isport kollu fl-Italja. Dan id-digriet japplika biss għal kompetizzjonijiet organizzati minn entitajiet Taljani. Għall-kompetizzjonijiet Ewropej hemm il-permess li dawn jintlagħbu bil-bibien magħluqa. Tibqa’ però l-problema tal-ajruporti internazzjonali li huma magħluqa għat-titjiriet mill-Italja, kif ukoll hemm il-biża’ tal-klabbs barranin li jmorru l-Italja għal-logħob. Dan kollha huma kwistjonijiet sensittivi ferm u jistgħu jwasslu biex …

X’se jsir minn Juventus-O.Lyon?

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Italja tinsab taħt lockdown, jiġifieri ħadd ma jistax jidħol jew joħroġ mill-Italja ħlief f’każijiet eċċezzjonali. Nafu li l-CONI waqqfet l-isport kollu fl-Italja anki jekk bil-bibien magħluqa. F’dan l-istadju ħadd ma jaf x’se jiġri eżattament minn Juventus-O. Lyon tas-17 ta’ Marzu. Fit-teorija din il-partita ma tistax tintlagħab fl-Italja. Hemm il-possibbiltà li l-partita tintlagħab fuq grawnd newtrali, biss wieħed irid jara liema …

Juventus riedu jilagħbu kontra O. Lyon f’Malta

MatthewJuve News Leave a Comment

Kmieni llum waranofsinhar ħarġet l-aħbar li Juventus talbu li jilagħbu f’Malta l-partita kontra O. Lyon tas-17 ta’ Marzu. L-aħbar kienet ikkonfermata mill-MFA stess permezz ta’ stqarrija. Skonthom uffiċċjal ta’ Juventus għamel kuntatt informali mal-MFA biex jifhem jekk huwiex possibbli li l-partita taċ-Champions League tintlagħab f’pajjiżna. Ir-risposta tal-MFA kienet li s-supporters Taljani mhux se jkunu jistgħu jivvjaġġaw lejn Malta minħabba d-direttivi …