Illum jittellgħu l-poloz taċ-Champions League
Il-poloz tal-fażi tan-knock-out tal-Uefa Champions League se jittellgħu llum f’nofsinhar. It-timijiet se jkunu mqassma hekk: L-ewwel urna: Bayern Munich, Real Madrid, Manchester City, Liverpool, Chelsea, Borussia Dortmund, Juventus, PSG. It-tieni urna: Atletico Madrid, Borussia Monchengladbach, Porto, Atalanta, Sevilla, Lazio, Barcellona, RP Leipzig. Matthew Scerri
Magħrufa t-timijiet kollha li għaddew għar-Rawnd li jmiss taċ-Champions League
Wara l-partiti tal-bieraħ issa sirna nafu l-ismijiet tat-timijiet li għaddew għall-fażi tan-knock-out taċ-Champions League: L-ewwel urna: Bayern Munich, Real Madrid, Manchester City, Liverpool, Chelsea, Borussia Dortmund, Juventus, PSG. It-tieni urna: Atletico Madrid, Borussia Monchengladbach, Porto, Atalanta, Sevilla, Lazio, Barcellona, RP Leipzig. Matthew Scerri
Stieler se jmexxi Barcellona-Juventus
L-Uefa għażlet lil Tobias Stieler sabiex imexxi l-konfront bejn Barcellona u Juventus. Din se tkun it-tielet darba li r-referee Ġermaniż se jkun qed imexxi partita ta’ Juventus fiċ-Champions League. Fid-darbtejn ta’ qabel Juventus kienu għelbu lil Olympiacos 2-0 fl-2017 u tilfu kontra l-Young Boys fl-2018. Matthew Scerri
Filmat: Is-sessjoni ta’ taħriġ ta’ Juventus (7 ta’ Diċembru 2020)
Pjanic: “Juventus għadhom f’qalbi”
Miralem Pjanic stqarr pubblikament li jinsab xi ftit deluż peress li qed jilgħab ftit, żgur inqas minn kemm ħaseb u jħoss li ħaqqu. Fi kliemu, hu ma jistax jifhem għalfejn qed jilgħab daqstant ftit. Pjanic żied: “Juventus għadhom f’qalbi. Insegwihom kull meta nista’. Ħasra li ma stajniex nilagħbu quddiem in-nies f’Turin. Nawgura l-aqwa affarijiet lil Juventus, anki jekk għada rridu …
Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Dynamo Kiev
Juventus-Dynamo Kiev bir-ritratti
Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Dynamo Kiev. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. Sors: Juventus.com
Filmat: Il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ Pirlo fi tmiem Juventus-Dynamo Kiev
Pożizzjoni ġdida għal Demiral illejla
Illejla Mehdi Demiral se jkun qed jilgħab f’pożizzjoni ġdida għalih. Hu se jkun qed jilgħab mal-linja leminija bħala full-back. Fiċ-ċentru tad-difiża se jkun hemm il-koppja Bonucci-De Ligt, filwaqt li Alex Sandro se jilgħab mal-linja xellugija. B’Demiral full-back, Pirlo se jkun jista’ jserraħ lil Danilo u lil Cuadrado. Matthew Scerri