400 partita fis-Serie A għal Chiellini

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Napoli-Juventus kienet il-partita numru 400 fis-Serie A fil-karriera ta’ Giorgio Chiellini. Hu lagħab 37 partita bil-flokk ta’ Fiorentina u 363 partita ma’ Juventus. Infakkru li l-plejer li lagħab l-aktar fl-istorja tas-Serie A hu Gigi Buffon (653 partita s’issa). Matthew Scerri

Chiellini hu l-Aqwa Plejer ta’ Sampdoria-Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Giorgio Chiellini ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Sampdoria u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 59% tal-voti, segwit minn Chiesa b’15% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Cuadrado b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem! Matthew Scerri

Injury ieħor għal Chiellini

MatthewJuve News 3 Comments

Giorgio Chiellini sofra injury muskolari ieħor waqt is-sessjoni ta’ taħriġ lejlet il-partita kontra Dynamo Kiev. Hu kważi żgur li, apparti l-partita t’għada, se jkollu jitlef anki d-Derby ta’ Turin. Matthew Scerri

Chiellini u Demiral lura għat-training mat-tim

MatthewJuve News Leave a Comment

Chiellini u Demiral illum ittrenjaw mal-kumplament ta’ sħabhom u għaldaqstant jidhru li rkupraw mill-injuries li sofrew fl-aħħar perjodu. Issa wieħed irid jara jekk Pirlo huwiex se jirriskjahom nhar l-Erbgħa kontra Dynamo, partita li sostanzjalment mhix wisq importanti minħabba li Juventus diġà għaddew għar-rawnd li jmiss, jew inkella jippreferixxix jagħtuhom ftit iktar jiem ta’ training u jilgħabhom fid-Derby. Matthew Scerri

Id-difiża 3D ġdida ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

L-epoka tal-BBBC tidher li riesqa b’pass mgħaġġel lejn tmiemhom. Wara li rtira Barzagli, kollox jindika li din se tkun l-aħħar sena għal Chiellini. Bonucci wkoll qed jikber u naqqas ħafna fil-wirjiet tiegħu. Nhar is-Sibt kontra Cagliari kellna għall-ewwel darba wara snin, difiża ġdida. Difiża 3D qed tissejjaħ għax magħmula minn Danilo, De Ligt u Demiral. Il-proċess ta’ tiġdid tad-difiża qed …

Nuno Mendes jista’ jkun l-eredi ta’ Chiellini ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Hekk kif Chiellini daħal fl-aħħar sena tal-karriera tiegħu, Juventus bdew ifittxu eredi għalih. A Bola qed tirraporta li Juventus huma interessati flimkien ma’ Arsenal, Manchester United, Wolves u Milan, fl-akkwist ta’ Nuno Mendes. Hu difensur ċentrali li jista’ jilgħab anki mal-linja xellugija, bħal Chiellini insomma. Sporting Lisbon qed jitolbu 70 miljun Ewro għalih. Matthew Scerri