Cristiano Ronaldo ġie ppremjat waqt il-Gran Galà del Calcio bħala l-Aqwa Plejer tas-Serie A fl-istaġun li għadda. Apparti dal-premju, hu kien anki magħżul fl-Aqwa Ħdax tal-kampjonat. Miegħu fit-Top XI kien hemm: Handanovic, Cancelo, Koulibaly, Chiellini, Kolarov, Barella, Pjanic, Ilicic, Ronaldo, Zapata, Quagliarella. Matthew Scerri
Filmat: Chiellini lura għat-taħriġ fil-grawnd
View this post on Instagram Finalmente si torna a 🏃 in campo!!! ⚪⚫ A post shared by Giorgio Chiellini (@giorgiochiellini) on Nov 22, 2019 at 8:19am PST
Chiellini se jibqa’ jinżel fuq il-bank tas-sostituti
Giorgio Chiellini se jkun qed jingħaqad ma’ sħabu tat-tim fil-partiti f’dawn is-sitt xhur. B’mod partikolari hu se jkun qed jinżel maġemb Sarri u l-plejers riservi ta’ Juventus waqt il-partiti fl-Allianz Stadium. Nafu kemm hu persunaġġ kariżmatiku u allura l-preżenza tiegħu se tgħin tgħolli l-moral tal-plejers fil-grawnd. X’aktarx hu se jsegwi lit-tim anki fil-partiti ‘l bogħod minn Turin, dejjem jekk dawn …
Chiellini lura għat-training mat-tim
Giorgio Chiellini qed jerġa’ jittrenja mal-bqija tat-tim Juventin. Dan ifisser li hu rkupra mill-injury li sofra fl-ewwel jiem tal-preseason Juventin. Matthew Scerri
Il-ġest sabiħ ta’ Szczesny u Chiellini fil-konfront ta’ Buffon
Buffon kellu l-opportunità li jispjega li Juventus hi tassew id-dar tiegħu mimlija plejers u nies li jħobbuh. “Irrid nirringrazzja lil Tek (Szczesny) u lil Chiellini. L-ewwel wieħed offrili l-flokk numru 1 filwaqt li Giorgio ried jagħtini lura l-faxxa ta’ captain. Jien ma ġejtx lura biex nieħu xejn lil ħadd. Chiellini se jkollu l-faxxa ta’ captain u Juventus se jkollu n-numru …
L-aħħar sena ta’ Chiellini?
Resqin bil-mod il-mod lejn it-tmiem tal-karriera ta’ Giorgio Chiellini. Skont Il Corriere dello Sport dan li se jibda jaf ikun l-aħħar staġun ta’ Chiellini qabel jirtira. Il-gazzetta qed tbassar li Chiellini mhux se jibqa’ jilgħab wara l-Euro2020. Matthew Scerri
Chiellini rkupra
Giorgio Chiellini mistenni jkun mal-ewwel ħdax ta’ Allegri għall-partita kontra Inter. Hu rkupraw mill-injury u rnexxilu jittrenja mal-kumplament ta’ sħabu. Nhar is-Sibt il-capitano se jkun qed imexxi lid-difiża ta’ Juventus kontra Icardi, Perisic u l-bqija tal-plejers ta’ Inter. Matthew Scerri