Il-prezz ta’ Chiesa se jkollu jinżel

MatthewJuve News Leave a Comment

Calciomercato.com huma konvinti li Commisso se jkollu jinżel drastikament mill-prezz li qed jitlob għal Chiesa. L-ebda klabb ma offrilu 70 miljun Ewro u ħadd ma jidher dispost li jonfoq somma daqstant kbira għal Chiesa. Barra minn hekk is-supporters ta’ Fiorentina huma xi ftit urtati bl-atteġġament ta’ Chiesa fil-grawnd. Juventus qed isegwu s-sitwazzjoni u jinsabu konvinti li għad jiġi mument fejn …

Marotta: “Chiesa għoli wisq. Tonali iktar possibbli”

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-intervista mogħtija lil Gazzetta dello Sport, Beppe Marotta tkellem anki dwar Chiesa u Tonali. Hu sostna li Chiesa għandu prezz għoli wisq, x’aktarx iktar minn 70 miljun. Marotta kien iktar ottimist dwar Tonali li fi kliemu għandu prezz iktar raġonevoli u li jista’ jiġi nnegozjat fuq termini kompletament differenti minn dawk ta’ Chiesa. Matthew Scerri

L-aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti (8 ta’ Ġunju 2020)

MatthewJuve News Leave a Comment

Chiesa. Il-punt s’issa Tliet timijiet jidhru li huma interessati ferm li jiksbu lil Chiesa: Juventus, Inter u Manchester United. Skont La Gazzetta dello Sport, Fiorentina qed jitolbu 70 miljun għalih. Il-gazzetta La Nazione qed tikteb li Juventus ma jridux iħallsu dis-somma cash u minflok qed joffru xi plejers bi bdil miegħu: Perin, Rugani u Mandragora. Inter f’dan l-istadju jidhru li …

X’se jsir minn Perin?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-futur ta’ Perin hu mill-aktar inċert. Fi tmiem l-istaġun se jasal fi tmiemu s-self ma’ Genoa u hu se jkun qed jirritorna ma’ Juventus, li però mhux se jżommuh. Genoa jixtiequ li jibqa’ magħhom u Perin mhux se jgħid le peress li jħobbhom ħafna. Madankollu Juventus jidhru li għandhom pjanijiet oħra. Fil-fatt huma offrewh kemm lil Napoli għal Milik kif …

X’lesti joffru Juventus lil Fiorentina għal Chiesa

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għadhom iridu b’saħħa lil Federico Chiesa u sabiex jegħlbu l-konkorrenza tal-ħafna timijiet oħra li qed isegwuh, jidher li l-Bianconeri lesti joffru xi plejers lil Fiorentina. Il Corriere dello Sport qed jirraporta li Juventus lesti jdaħħlu fil-ftehim xi wieħed jew tnejn bejn Rugani, Romero u Mandragora. Matthew Scerri

100 miljun għal Chiesa?

MatthewJuve News Leave a Comment

La Gazzetta dello Sport qed tagħti l-aħbar li Fiorentina jinsabu f’taħdidiet ma’ Federico Chiesa għall-kuntratt il-ġdid tiegħu. Skont il-gazzetta r-roża fil-kuntratt jista’ jkun hemm klawżola ta’ rilaxx b’penali ta’ 100 miljun Ewro sabiex ikun jista’ jinħall mill-kuntratt. Ovvjament minkejja din il-klawżola, kwalunkwe klabb ikun jista’ jinnegozja l-akkwist ta’ Chiesa għal somma inferjuri. Matthew Scerri

It-trasferiment ta’ Chiesa. Il-punt s’issa

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta La Stampa hi tal-idea li Juventus huma l-favoriti nett li jiksbu lil Federico Chiesa. Inter u Manchester United jinsabu interessati ħafna fih, biss finalment se tgħodd ir-rieda tal-plejer innifsu. Chiesa ilu mis-sajf li għadda orjentat li jingħaqad ma’ Juventus. Fil-pjanijiet ta’ Paratici u ta’ Sarri, Chiesa se jkun l-akkwist biex it-tim Juventin jissaħħaħ mal-linji. Matthew Scerri

Commisso jitkellem dwar il-futur ta’ Chiesa u Castrovilli

MatthewJuve News Leave a Comment

Sid il-klabb ta’ Fiorentina, Rocco Commisso kien intervistat minn Top Calcio 24. Hu żvela li wiegħed lil Chiesa li jekk ikun irid jitlaq u tasal offerta tajba għalih, Fiorentina mhux se jżommuh. Fi kliem ieħor Chiesa jinsab għall-bejgħ basta tasal l-offerta li huma jixtiequ. Mhxu magħruf x’inhu l-valur ta’ din l-offerta, anki jekk hu evidenti li, bħall-plejers l-oħra, anki l-valur …