Juventus f’laqgħa mal-aġent ta’ Bonucci, Cuadrado u Perin

MatthewJuve News Leave a Comment

Aktar kmieni llum l-aġent Alessandro Lucci kellu laqgħa ma’ uffiċċjali ta’ Juventus dwar tliet plejers li jaqgħu taħtu: Perin, Bonucci u Cuadrado. Il-gowlkiper Taljan se jitlaq lil Juventus, biss għalissa qed jippreferi jistenna ftit qabel jagħżel lit-tim il-ġdid tiegħu. X’aktarx hu qed jistenna li tasallu offerta mingħand Milan. Attwalment Benfica jidhru li ressqu l-ogħla offerta għalih. Cuadrado, mill-banda l-oħra, hu …

Ħames plejers jistgħu jħallu lil Juventus

MatthewJuve News 1 Comment

Fl-ewwel paġna tal-Corriere dello Sport tal-lum naqraw li Juventus qed jikkunsidraw il-bejgħ ta’ ħames stilel tat-tim tagħhom sabiex ikollu l-flus għal investimenti fis-sajf kif ukoll biex ikollhom id-dħul meħtieġ biex jagħmlu tajjeb għad-deficit finanzjarju li kien hemm s’issa. Il-plejers inkwistjoni huma: Pjanic, Douglas Costa, Mandzukic, Alex Sandro u Cuadrado. Matthew Scerri

Cuadrado: “Nispera li nibqa’ ma’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Fadalli sena kuntratt u nittama li nibqa’ ma’ Juventus.” Hekk tkellem Juan Cuadrado f’intervista mogħtija lil Sky. Hu stqarr li fl-aħħar xhur ħassu mdejjaq li ma setax jgħin lil sħabu peress li kien barra b’injury. Issa għadda kollox u jħossu kuntent li qed jerġa’ jilgħab. Matthew Scerri

Cuadrado lura fl-azzjoni lejn tmiem Marzu

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont La Gazzetta dello Sport Cuadrado qed jirkupra sew wara l-operazzoni li saritlu. Hu mistenni jidħol lura fl-azzjoni għall-ħabta ta’ tmiem Marzu u għaldaqstant se jkun jista’ jagħti l-kontribut tiegħu fil-qofol tal-istaġun. Matthew Scerri

Cuadrado jeħles l-operazzjoni

MatthewJuve News Leave a Comment

Juan Cuadrado għalissa se jkompli bit-terapija u mhux se ssirlu ebda operazzjoni. Fi stqarrija maħruġa mill-istaff mediku ta’ Juventus FC naqraw li dan kien l-eżitu tal-konsultazzjoni ma’ Professuri fil-Ġermanja. S’issa kien reġistrat titjieb fil-kundizzjonijiet ta’ Cuadrado b’din it-terapija li qed jingħata. Matthew Scerri

Operazzjoni anki għal Cuadrado?

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Torino-Juventus, Allegri ħabbar li l-istaff mediku qed jżomm taħt osservazzjoni lil Cuadrado. Hemm ċans li ssirlu operazzjoni f’irkoptu u dan ikun ifisser li, bħal Cancelo, ikun qed jidħol lura fl-azzjoni wara l-waqfa tax-xitwa. Matthew Scerri

Cuadrado mgħajjat mal-Kolombja

MatthewJuve News Leave a Comment

Juan Cuadrado ġie mgħajjat mat-tim nazzjonali Kolombjan għall-partiti kontra l-Venezwela u l-Arġentina. Hu, għaldaqstant, se jkun wieħed mill-ħafna plejers Bianconeri li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jitilqu minn Turin biex imorru jilagħbu għal pajjiżhom. Matthew Scerri