X’se jiġri issa li hemm neqsin Cuadrado u Danilo?

MatthewJuve News Leave a Comment

Se jkun interessanti ħafna li naraw b’liema soluzzjoni se joħroġ Pirlo hekk kif għall-partita kontra Verona mhux se jkollu la lil Cuadrado u wisq inqas lil Danilo. M’hemmx iktar plejers li jistgħu jilagħbu f’dik il-pożizzjoni għajr Ragusin. Xi siti mhux jeskludu li Pirlo jista’ jagħżel li jibdel is-sistema ta’ logħob għal 3-5-2, b’Demiral, De Ligt u Alex Sandro fuq wara. …

Id-difiża 3D ġdida ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

L-epoka tal-BBBC tidher li riesqa b’pass mgħaġġel lejn tmiemhom. Wara li rtira Barzagli, kollox jindika li din se tkun l-aħħar sena għal Chiellini. Bonucci wkoll qed jikber u naqqas ħafna fil-wirjiet tiegħu. Nhar is-Sibt kontra Cagliari kellna għall-ewwel darba wara snin, difiża ġdida. Difiża 3D qed tissejjaħ għax magħmula minn Danilo, De Ligt u Demiral. Il-proċess ta’ tiġdid tad-difiża qed …

Danilo hu l-aktar plejer li lagħab s’issa

MatthewJuve News Leave a Comment

Danilo hu l-uniku plejer li beda dejjem mill-ewwel minuta fkull partita uffiċjali ta’ Juventus f’dan l-istaġun. Hu jidher plejer kompletament mibdul mill-istaġun li għadda. Tant sar affidabbli li Pirlo s’issa dejjem riedu fil-grawnd prattikament f’kull minuta li lagħbu Juventus dis-sena. Fil-fatt l-unika darba li nbidel kienet illum meta fis-86 minuta ħalla l-grawnd biex floku daħal Alex Sandro. Matthew Scerri

Fadal biss Demiral u Danilo fuq wara

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus jaf ikollhom emerġenza fid-difiża kontra Barcellona. Illum suppost inkunu nafu x’għandu Bonucci. L-impressjoni hi li hu mhux se jkun jista’ jilgħab nhatr l-Erbgħa. L-istess jgħodd għal Chiellini, filwaqt li De Ligt għadu ma ngħatax il-go-ahead biex jilgħab mill-Professur li operah. Fi kliem ieħor Pirlo fadallu biss lil Demiral u Danilo li kapaċi jilagħbu bħala difensuri ċentrali. F’dan l-istadju rridu …