Spiċċajna bla full-backs!

MatthewJuve News Leave a Comment

Wieħed mill-ikbar żbalji li saru dis-sena kien li Juventus għandhom fit-tim tliet full-backs biss, f’sistema ta’ logħob li tirrikjedi dejjem tnejn mal-linja fuq wara. Sarri għandu biss lil De Sciglio, Danilo u Alex Sandro, u mbagħad beda juża lil Cuadrado f’dil-pożizzjoni. Issa li Alex Sandro u De Sciglio jinsabu barra mill-azzjoni minħabba injuries, u Danilo se jkun sospiż wara li …

Imsemmi anki Sergi Roberto

MatthewJuve News Leave a Comment

Das-sajf hu probabbli ferm li jkun hemm bdil ta’ plejers bejn Juventus u Barcellona. Hu fatt magħruf li Barcellona ilhom interessati f’Bernardeschi u Pjanic. Min-naħa tagħhom Juventus lesti jieħdu xi plejers mingħand Barcellona. S’issa issemmew diversi plejers: Umtiti, Arthur, Rakitic. Ma’ dawn Sport qed iżżid anki lil Sergi Roberto, plejer li jista’ jkun utli ħafna għal Sarri biex isaħħaħ il-linji …

Douglas Costa u De Sciglio għadhom barra b’injury

MatthewJuve News Leave a Comment

Douglas Costa u De Sciglio għadhom ma rkuprawx mill-injury tagħhom. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Juventus-Bologna, spjega li t-tobba ta’ Juventus huma kuntenti bil-progress tat-tnejn li huma biss s’issa għadhom qatt ma ttrenjaw mal-kumplament tat-tim. Huma fadlilhom ftit ieħor biex jirritorna lura għall-azzjoni. Danilo u Ramsey, mill-banda l-oħra, irkupraw u se jkunu għad-dispożizzjoni ta’ Sarri. Matthew Scerri

Erba’ Juventini deħlin lura

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara l-impenji tat-timijiet nazzjonali Sarri mistenni jirkupra erba’ plejers. Fil-fatt De Sciglio, Danilo, Douglas Costa u Ramsey kollha kemm huma jidhru li rkupraw mill-injuries tagħhom u x’aktarx se jkunu jistgħu jilagħbu kontra Bologna. Ramsey, saħansitra, se jkun fil-grawnd nhar il-Ħadd ma’ Wales kontra l-Kroazja. Matthew Scerri

Danilo u De Sciglio fadlilhom ftit barra

MatthewJuve News 1 Comment

Illum fil-JMedical saru xi check-ups lil Danilo u De Sciglio. Il-Brażiljan sofra injury ħafif fil-partita kontra Brescia. De Sciglio għadu ma fieqx mill-injury li kien sofra. It-tnejn li huma deħlin lura fl-azzjoni wara l-waqfa għall-impenji tat-timijiet nazzjonali. Matthew Scerri

Sarri jagħti indikazzjonijiet dwar il-plejers imweġġgħin

MatthewJuve News Leave a Comment

Douglas Costa, Pjanic u Danillo kellhom joħorġu mill-grawnd kontra Fiorentina minħabba injury ta’ natura muskolari. F’dan l-istadju huma jinsabu dubjużi għall-partita taċ-Champions League kontra Atletico Madrid. Għada se jsirulhom xi testijiet mediċi. Fi tmiem il-partita Sarri żvela li l-injury ta’ Costa hu l-iktar wieħed li jidher gravi, filwaqt li Pjanic jaf m’għandu xejn partikolarment gravi. Sarri ma semma’ xejn dwar …