Matthijs De Ligt illejla mhux mistenni jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Barcellona. Pirlo spjega li l-Olandiż għandu bżonn ftit tal-mistrieħ wara li lagħab ħames partiti konsekuttivi. Fil-qalba tad-difiża ta’ Juventus se jkun hemm għaldaqstant Danilo u Bonucci. Matthew Scerri
De Ligt hu l-Aqwa Plejer ta’ Benevento-Juventus
Matthijs De Ligt ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Benevento u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 35% tal-voti, segwit minn Morata b’24% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Chiesa b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem. Matthew Scerri
Id-difiża 3D ġdida ta’ Juventus
L-epoka tal-BBBC tidher li riesqa b’pass mgħaġġel lejn tmiemhom. Wara li rtira Barzagli, kollox jindika li din se tkun l-aħħar sena għal Chiellini. Bonucci wkoll qed jikber u naqqas ħafna fil-wirjiet tiegħu. Nhar is-Sibt kontra Cagliari kellna għall-ewwel darba wara snin, difiża ġdida. Difiża 3D qed tissejjaħ għax magħmula minn Danilo, De Ligt u Demiral. Il-proċess ta’ tiġdid tad-difiża qed …
De Ligt: “Wirja kbira”
Erbat iplejers irkupraw mill-injuries tagħhom
Aħbarijiet tajba mill-JTC tal-Continassa hekk kif Pirlo rkupra erba’ mill-plejers li kellu barra mill-azzjoni b’injury. De Ligt, Alex Sandro, Chiesa u Dybala fl-aħħar jiem ittrenjaw mal-kumplament ta’ sħabhom u dan ifisser li rkupraw mill-injuries li kienu sofrew. Hu kważi ċert li De Ligt u Alex Sandro se jkunu qed jibdew mill-ewwel minuta kontra Cagliari, filwaqt li Chiesa u Dybala jaf …
Aġġornament dwar il-plejers b’injury
Illum kellna aġġornament dwar il-plejers Bianconeri li jinsabu barra mill-azzjoni minħabba injuries. Chiellini, Ramsey u Chiesa għadhom għaddejjin bil-fiżjoterapija biex jirkupraw mill-injuries li sofrew. Alex Sandro u De Ligt ittrenjaw illum għal xi ħin mal-bqija tal-grupp, filwaqt li Dybala segwa programm personalizzat, jiġifieri ma ttrenjax ma’ sħabu. Matthew Scerri
Real Madrid iridu lil De Ligt
Skont Don Balon, Real Madrid jinsabu interessati li jiksbu lil Matthijs De Ligt. L-Ispanjoli jihru lesti li joffru lil Militao u Marcelo bi tpartit ma’ De Ligt. Kollox jindika però li Juventus mhux se jkunu qed ineħħu lid-difensur Olandiż. Matthew Scerri