Posts

Erbat iplejers irkupraw mill-injuries tagħhom

Aħbarijiet tajba mill-JTC tal-Continassa hekk kif Pirlo rkupra erba’ mill-plejers li kellu barra mill-azzjoni b’injury. De Ligt, Alex Sandro, Chiesa u Dybala fl-aħħar jiem ittrenjaw mal-kumplament ta’ sħabhom u dan ifisser li rkupraw mill-injuries li kienu sofrew. Hu kważi ċert li De Ligt u Alex Sandro se jkunu qed jibdew mill-ewwel minuta kontra Cagliari, filwaqt li Chiesa u Dybala jaf jibdew bħala sostituti bil-possibbiltà li jidħlu waqt il-partita.

Matthew Scerri

Aġġornament dwar il-plejers b’injury

Illum kellna aġġornament dwar il-plejers Bianconeri li jinsabu barra mill-azzjoni minħabba injuries. Chiellini, Ramsey u Chiesa għadhom għaddejjin bil-fiżjoterapija biex jirkupraw mill-injuries li sofrew. Alex Sandro u De Ligt ittrenjaw illum għal xi ħin mal-bqija tal-grupp, filwaqt li Dybala segwa programm personalizzat, jiġifieri ma ttrenjax ma’ sħabu.

Matthew Scerri

Real Madrid iridu lil De Ligt

Skont Don Balon, Real Madrid jinsabu interessati li jiksbu lil Matthijs De Ligt. L-Ispanjoli jihru lesti li joffru lil Militao u Marcelo bi tpartit ma’ De Ligt. Kollox jindika però li Juventus mhux se jkunu qed ineħħu lid-difensur Olandiż.

Matthew Scerri