Illum Juventus reġgħu bdew training wara ftit jiem vaganzi tal-Milied. Chiellini u Demiral irnexxilhom jittrenjaw mal-bqija ta’ sħabhom u allura Pirlo se jkollu lil kulħadd għad-dispożizzjoni tiegħu nhar il-Ħadd. L-uniċi plejers neqsin illum fil-Continassa kienu Rabiot u Ronaldo li se jibdew training għada bi qbil mal-klabb. Matthew Scerri
Pożizzjoni ġdida għal Demiral illejla
Illejla Mehdi Demiral se jkun qed jilgħab f’pożizzjoni ġdida għalih. Hu se jkun qed jilgħab mal-linja leminija bħala full-back. Fiċ-ċentru tad-difiża se jkun hemm il-koppja Bonucci-De Ligt, filwaqt li Alex Sandro se jilgħab mal-linja xellugija. B’Demiral full-back, Pirlo se jkun jista’ jserraħ lil Danilo u lil Cuadrado. Matthew Scerri
Injury muskolari għal Demiral
Merih Demiral sofra injury muskolari u se jkollu jibqa’ barra għal madwar għaxart ijiem. Bħalissa Pirlo fadallu biss żewġ difensuri ċentrali (De Ligt u Danilo) hekk kif Bonucci u Chiellini huma barra mill-azzjoni b’injuries huma wkoll. Matthew Scerri
Id-difiża 3D ġdida ta’ Juventus
L-epoka tal-BBBC tidher li riesqa b’pass mgħaġġel lejn tmiemhom. Wara li rtira Barzagli, kollox jindika li din se tkun l-aħħar sena għal Chiellini. Bonucci wkoll qed jikber u naqqas ħafna fil-wirjiet tiegħu. Nhar is-Sibt kontra Cagliari kellna għall-ewwel darba wara snin, difiża ġdida. Difiża 3D qed tissejjaħ għax magħmula minn Danilo, De Ligt u Demiral. Il-proċess ta’ tiġdid tad-difiża qed …
Buffon u Demiral mill-ewwel minuta
Minn hawn u ftit tal-minuti oħra suppost inkunu nafu liema se jkunu l-ewwel ħdax ta’ Juventus għall-partita kontra Crotone. Kollox jindika li llum Buffon u Demiral se jibdew mill-ewwel minuta. Huma se jkunu qed iserrħu ftit lil Szczesny u lil Chiellini. Matthew Scerri