Bayern Munich ħabbru li ngħaqad mill-ġdid magħhom b’self għal sena. Fl-ewwel stqarrija tiegħu, Douglas Costa stqarr li jinsab kuntent li se jkun qed jerġa’ jilgħab għal Bayern u awgura li l-klabb jikseb aktar unuri. Matthew Scerri
Daqt jibdew it-testijiet mediċi ta’ Douglas Costa
Illum waranofsinhar se jsiru t-testijiet mediċi qabel Douglas Costa jkun jista’ jingħaqad b’self ma’ Bayern Munich. Minn dak li nafu s’issa, Bayern mhux se jkollhom ebda dritt jew obbligu li jixtru lil Costa għal kollox. Matthew Scerri
Juventus qrib li jsibu ftehim għal Chiesa
Illum tista’ tkun ġurnata deċiżiva fin-negozjati għat-tasferiment ta’ Federico Chiesa ma’ Juventus. Kollox jindika li Juventus u Fiorentina resqin lejn ftehim. Il-valur komplessiv ta’ Chiesa se jkun ta’ 60 miljun, bonuses inklużi, bl-ewwel sentejn ikunu self u fit-tielet sena jkun hemm xiri għal kollox. L-ikbar problema f’dan l-istadju hi marbuta ma’ Douglas Costa. Il-Brażiljan ma jridx jaf li jitlaq sakemm …
Costa ma jridx jitlaq sakemm …
Skont Calciomercato.com Douglas Costa għarraf lil Juventus li hu mhux se jaċċetta trasferimenti ma’ klabbs oħra sakemm ma jkunux top Clubs Ewropej. Fi kliem ieħor hu mhux se jitlaq sakemm ma jiġix għalih tim ta’ livell għoli. F’dan l-istadju hu tassew probabbli li Juventus ikollhom iżommu lil Douglas Costa u ma jkunux jistgħu jieħdu lil Chiesa minflok. Matthew Scerri
Mendes qed jipprova jbigħ lil Douglas Costa fl-Ingilterra
Calciomercato.com qed jirrapurtaw li Juventus qabbdu lil Jorge Mendes biex isib tim lest jixtri lil Douglas Costa. iIt-tentattivi ta’ Paratici ma tantx ħallew il-frott mixtieq u għaldaqstant Juventus kellhom jirrikorru għal Mendes. It-timijiet li qed jissemmew humka Wolves u Manchester City. Matthew Scerri
Juventus għadhom biċ-ċans li jbigħu lil Douglas Costa
Douglas Costa għadu fil-mira ta’ xi klabbs Ingliżi. Apparti l-interess fih min-naħa ta’ Manchester United, issa għandna rapporti li anki Wolves iriduh. Min-naħa tagħhom, nafu li Juventus lesti jbigħuh. Jidher anki li jekk Juventus ibigħu lil Costa, il-flus li se jaqilgħu se jiġu investiti fl-akkwist ta’ Federico Chiesa. Matthew Scerri
Morata ma’ Juventus possibbli biss jekk …
Alvaro Morata kemm-il darba ssemma ma’ Juventus fl-aħħar jiem. Atletico Madrid, però, ma jridux ibigħuh. Tajjeb ngħidu li l-Ispanjoli investew 60 miljun biex xtrawh u għaldaqstant mhux se jitilquh minn idejhom għal inqas minn hekk. L-unika tama għal Juventus li jixtru lil Morata hi li Atletico Madrid jaċċettaw bdil ma’ Douglas Costa jew Bernardeschi. F’dan l-istadju hu ovvju li Juventus …
Douglas Costa b’messaġġ fuq Instagram
“Hard work.” Hekk kiteb Douglas Costa fuq Instagram. Jidher li hu jinsab motivat ferm li jkollu staġun tajjeb ma’ Juventus. Minn dak li nafu hu rkupra mill-injury li kellu u bħalissa jinsab lest biex jirbaħ post mal-ewwel ħdax ta’ Juventus għall-partita kontra Sampdoria. View this post on Instagram Hard work A post shared by DC11 (@douglascosta) on Sep 5, 2020 …
Juventus għadhom interessati f’Chiesa imma l-ewwel iridu jbigħu
Fuq l-ewwel paġna ta’ Tuttosport tal-lum naqraw li Federico Chiesa jinsab mill-ġdid fil-mira ta’ Juventus. Paratici għad għandu stima kbira tiegħu, biss qabel ikun jista’ jinnegozja ma’ Fiorentina l-akkwist tiegħu, irid qabelxejn ibigħ lil Douglas Costa. Matthew Scerri
Douglas Costa jista’ jkun il-pedina biex Juventus jixtru lil Pogba
Fil-ħarġa tal-lum ta’ Tuttosport naqraw li Juventus għadhom qed jimmiraw li jixtru lil Paul Pogba. Fil-pjanijiet ta’ Juventus hemm li jgħaddu lil Douglas Costa flimkien ma’ somma flus lil Manchester United għal Pogba. Il-valur li qed jingħata lill-plejers hu ta’ 100 miljun għal Pogba u 40 miljun għal Douglas Costa. Id-differenza fil-valur hi kbira, biss Juventus jistgħu jbigħu plejers oħra …