Emerson Palmieri stqarr li ma’ Chelsea “l-affarijiet mhumiex sejrin kif nixtieq bħalissa.” Kliem li jixhed li l-full-back ma jinsabx għal qalbu ma’ Chelsea u probabbilment jixtieq bidla ta’ klabb f’Jannar. Juventus u Inter għadhom interessati sew fih. Matthew Scerri
Emerson Palmieri jew Alonso minflok De Sciglio
Bit-tluq probabbli ta’ De Sciglio, Juventus se jkunu jistgħu jieħdu full-back ieħor. Għaddejjin kuntatti ma’ Chelsea għal Emerson Palmieri. Jidher li f’dan l-istadju Chelsea qed jippreferu jneħħu minflok li Alonso. Juventus, għalkemm qed jagħti preferenza lil Emerson Palmieri, xorta waħda jaf finalment jaċċettaw lil Alonso. It-trasferiment se jseħħ fuq bażi ta’ self. Matthew Scerri
Proposta għal bdil bejn Emerson Palmieri u De Sciglio
Fil-jiem li għaddew Juventus allegatament ipproponew lil Chelsea bdil ta’ plejers b’self bejn Emerson Palmieri u De Sciglio. Skont Calciomercato.com Juventus riedu li l-plejers jiġu mibdula b’self dis-sena bid-dritt li jkunu akkwistati għal kollox is-sena d-dieħla għall-prezz differenti (20-25 miljun għal Emerson Palmieri; 10-15-il miljun għal De Sciglio). Chelsea madankollu rrifjutaw din l-offerta. Matthew Scerri
Paratici qed jaħdem biex iġib lil Emerson Palmieri ma’ Juventus
Wara l-akkwist ta’ Morata, qed jissemma li Juventus qed jaħdmu biex jiksbu mingħand Chelsea lil Emerson Palmieri. Qed jingħad li Juventus ipproponew lil Chelsea trasferiment b’self għal sena bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla. Matthew Scerri
Chelsea jridu jixtru lil Alex Sandro forsi biex …
L-interess ta’ Chelsea f’Alex Sandro għadu ħaj iktar minn qatt qabel. The Sun hi ċerta li se jkun hemm offerta lil Juventus għalih. Probabbli dan ifisser li huma verament se jbigħu lil Emerson u/jew lil Alonso. Matthew Scerri
Sarri talab l-akkwist ta’ tlett iplejers
Skont La Gazzetta dello Sport, Maurizio Sarri talab l-akkwist ta’ tliet eks-plejers tiegħu sabiex isaħħaħ lil Juventus għas-sena d-dieħla. It-tlett iplejers huma Milik, Emerson Palmieri u Jorginho. Qed nitkellmu fuq plejer f’kull settur tal-grawnd. It-tlieta li huma jafu sew il-logħba ta’ Sarri u jidhru li huma plejers li Juventus ilhom jeħtieġu fil-proċess kontinqu ta’ titjib tat-tim. Matthew Scerri
Il-prezz ta’ Emerson Palmieri
Das-sajf Chelsea beħsiebhom jaqilbu ta’ taħt fuq lit-tim tagħhom. Fost il-ħafna plejers li jridu jbigħu hemm anki Emerson Palmieri. Il-prezz tal-full-back, skont Calciomercato.com, hu ta’ 30 miljun Ewro. Das-sit qed jirraporta anki li l-akkwist ta’ Emerson Palmieri jista’ jwassal għall-bejgħ ta’ Alex Sandro. Matthew Scerri
Diversi timijiet interessati f’Tagliafico
Bħalissa għaddejja taqtigħa bejn PSG u Chelsea biex jiksbu lil Nicolas Tagliafico. L-akkwist ta’ Tagliafico min-naħa ta’ Chelsea jaf jagħmilha iktar faċli għal Juventus biex jiksbu lil Emerson Palmieri. Fl-istess ħin hemm rapporti li l-Bianconeri stess jinsabu interessati f’Tagliafico u lesti jikkunsidraw li jressqu offerta għalih. Matthew Scerri
L-aġent: “Ħadd ma avviċinani għal Emerson Palmieri”
Tuttojuve.com ħadu kumment mingħand l-aġent Fernando Garcia. Hu stqarr li s’issa l-ebda klabb ma avviċinah biex jixtri lil Emerson Palmieri. Il-full-back jinsab għal qalbu ma’ Chelsea, imma skont l-aġent “Alla biss jaf meta Emerson se jkun qed jilgħab mill-ġdid fl-Italja.” Matthew Scerri
Rabiot jista’ jkun il-pedina biex Juventus jiksbu lil Emerson Palmieri
Hu fatt magħruf li Juventus iridu lil Emerson Palmieri għas-sena d-dieħla. Chelsea qed jitolbu 30 miljun Ewro għalih. Skont Tuttosport fil-pjanijiet ta’ Juventus x’aktarx hemm tpartit bejn Rabiot u Emerson Palmieri. Rabiot bħalissa qed jattira l-interess ta’ diversi klabbs tal-Premier League u hu probabbli li anki Chelsea jriduh. Matthew Scerri
- Page 1 of 2
- 1
- 2