Ferrara jagħlaq 51 sena!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Ciro Ferrara jagħlaq 51 sena. L-eks difensur ta’ Juventus u Napoli hu mingħajr dubju wieħed mill-aqwa difensuri Taljani ta’ kull żmien. Sena u nofs ilu kellna x-xorti li nospitawh fostna bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Club tagħna. Il-video t’hawn taħt ifakkarna x’għamel ma’ Juventus.

Żjara ta’ Ciro Ferrara. Il-Club Malti l-ieħor mistieden tagħna

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Erbgħa 22 ta’ Ġunju 2016 kellna x-xorti li nilqgħu mill-ġdid fostna lil Ciro Ferrara u Luciano Moggi, li raw flimkien magħna l-partita Italja-Irlanda. F’din l-okkażjoni kellna bħala mistidnin anki l-President u rappreżentanza mill-Kumitat tal-Club Cuore Bianconero. Għalija dan jibqa’ l-aktar mument li se ngħożż f’dawn is-sentejn tiegħi ta’ Presidenza għax jixhed l-impenn li hemm biex iż-żewġ klabbs Maltain, flimkien ma’ …

Ferrara mill-ġdid fostna

MatthewJuve News Leave a Comment

Bi pjaċir inħabbru li Ciro Ferrara se jkun preżenti magħna ġos-sede tal-Juventus Club Vero Amore – Malta illejla, l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju biex naraw il-logħba Italia vs Irlanda. Kulħadd mistieden, membri u mhux. Infakkru li qabel il-partita s-segretarjat tal-Club se jkun miftuħ għal min jixtieq jinkiteb membru fil-Club. Ikunu miftuħin anki l-bar u s-souvenir shop.

Defibrillator mixtri bil-flus tal-Club

MatthewJuve News Leave a Comment

Dan huwa ritratt li baghtli issa Ciro Ferrara tal-prezentazzjoni ta’ Defibrillator li inxtara ghal skola tat-tfal mill-flus li gew ipprezentati lil Ciro meta zar il-klabb taghna. Kif qeghdin taraw apparti li ferrahna lil membri taghna ferrahna ukoll lil haddiehor. Dah huwa il Juventus Club Vero Amore Malta .. Klabb li ma jghamel ebda gwadan personali izda jahdem bi shih al …

Illejla Davids u Ferrara se jkunu fil-klabb tagħna

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla fil-klabb se jkollna żewġ mistiedna speċjali oħra: Edgar Davids u Ciro Ferrara.Huma se jkunu qegħdin jiltaqgħu mal-membri in regola mal-ħlas tas-sħubija 2015/15 jew 2015/16 ġewwa l-premises tal-klabb fis-7.00 ta’ filgħaxija. Nappellaw biex kulħadd iġib miegħu t-tessera. Min mhux membru imma ġie l-klabb is-Sibt li għadda għall-Finali taċ-Champions League, ikun jista’ jidħol fil-klabb illejla jekk jippreżenta r-wristband safra li ngħatatilhom. …

Ferrara wasal Malta!

MatthewJuve News Leave a Comment

It-tieni mistieden speċjali tal-klabb tagħna, Ciro Ferrara wasal Malta ftit tal-ħin ilu. Hu sab tilqgħu fl-ajruport ta’ Malta lil President, Joseph Fenech, flimkien ma’ uħud mill-membri tal-Kumitat. Ferrara ġie Malta fuq stedina tal-klabb sabiex jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975). Matthew Scerri  

Video: Ciro Ferrara

MatthewJuve News Leave a Comment

Ciro Ferrara hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa difensuri Taljani tas-Snin Tmenin/Disgħin tas-Seklu XX u l-bidu tas-seklu ta’ wara. Wara li beda l-karriera man-Napoli ta’ Maradona, Lippi riedu miegħu ma’ Juventus meta ħa f’idejh it-tmexxija ta’ Juventus. Lagħab b’kollox 11-il staġun mal-Bianconeri u apparti 6 scudetti mal-Bianconeri, hu rebaħ l-aktar unuri importanti: iċ-Champions League (skorja anki wieħed mill-penalties tal-Finali), is-Super Cup …

Ferrara wkoll se jkun fostna fl-14 ta’ Ġunju!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) għandu l-pjaċir iħabbar li flimkien ma’ Birindelli u Davids, fil-14 ta’ Ġunju se jkollna fostna anki lil Ciro Ferrara. It-tliet plejers ġejjin b’konnessjoni mal-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Club. Se ssir ikla speċjali u l-postijiet se jkunu limitati. Nappellaw li min irid jiġi għandu jinkiteb membru mal-Club. Iktar dettalji dwar l-ikla se jingħataw iktar …