Marotta: “L-FIGC hi ħolma għalija, imma se nibqa’ ma’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Ma nqisx li temmejt l-esperjenza tiegħi ma’ Juventus. Naħseb li għal diriġent li ilu fid-dinja tal-futbol għal 40 sena hi ħolma li jaħdem għall-FIGC. Però dan hu diskors għall-futur. F’dal-mument ninsab ma’ Juventus, ingawdi mill-istima tal-President u flimkien ma’ Nedved u Paratici ħloqna grupp sabiħ ferm. Dik tal-Federazzjoni hi ħolma li tista’ sseħħ aktar ‘il quddiem.” Hekk wieġeb Marotta għal …

Fabbricini hu l-Kummissarju Straordinarju li se jmexxi lill-FIGC

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Kummissarju Straordinarju li se jkun qed imexxi l-FIGC hu Roberto Fabbricini. Hu jkopri anki l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-CONI. Giovanni Malagò ddikjara li hu ma setax jieħu f’idejh il-kariga ta’ Kummissarju tal-FIGC minħabba l-impenji li għandu għal-logħob Olimpiku. Malagò żied anki li Fabbricini se jibqa’ Kummissarju tal-FIGC għal sitt xhur, bil-possibbiltà li l-Gvern Taljan itawwal iż-żmien tal-kariga. Flimkien ma’ Fabbricini, …

L-FIGC se tkun immexxija minn Kummissarju Straordinarju

MatthewJuve News Leave a Comment

It-teatrin tal-futbol Taljan illum m’għarafx jaħtar is-suċċessur ta’ Tavecchio bħala President tal-FIGC. Ħadd mit-tliet kandidati – Cosimo Sibilia, Damiano Tommasi u Gabriele Gravina – ma rnexxilu jikseb il-voti meħtieġa. Bħas-soltu kien is-soltu lobbying minn taħt, gambetti u x’naf jien li wassal biex ħadd ma jkun elett. Issa l-Gvern Taljan m’għandu ebda triq oħra ħlief li jaħtar Kummissarju li jmexxi lill-FIGC. …

Laqgħa sigrieta bejn Tavecchio u Giraudo

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit ta’ gossip ‘Dagospia’ ppubblika ritratti ta’ laqgħa bejn il-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio, u Antonio Giraudo. Kien hemm spekulazzjonijiet li Juventus qabbdu lil Giraudo biex jinnegozja mal-FIGC ftehim biex tingħalaq darba għal dejjem il-kwisjtoni ta’ Calciopoli. L-aħbar però kien miċħuda kemm minn Juventus kif ukoll mill-FIGC. Matthew Scerri

Issa l-FIGC se titlob il-ħlas ta’ danni lil Juventus!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gwerra bejn Juventus u l-FIGC dwar Calciopoli se tkompli għaddejja. Nafu li Juventus qed ifittxu lill-FIGC għad-danni. Madankollu bis-sentenza definittiva dwar Calciopoli, l-FIGC issa qed tikkunsidra li tiftaħ kawża hi ħalli titlob id-danni lil Juventus. Din x’aktarx hi biss mossa biex Juventus iwaqqgħu t-talba tagħhom u jingħalaq darba għal dejjem il-każ ta’ “Calciopoli”. Kif dejjem għidna u ktibna minn hawnhekk, …

Kompromess dwar it-training camp tal-Italja

MatthewJuve News 1 Comment

Il-Lega tas-Serie A laqgħet parzjalment il-proposta ta’ Conte u l-FIGC sabiex fi Frar jinżamm training camp tat-tim nazzjonali Taljan. It-training camp se jsir, biss it-timijiet li huma impenjati fil-kompetizzjonijiet Ewropej għandhom id-dritt li jirrifjutaw li jibagħtu l-plejers tagħhom għat-training camp. Din is-soluzzjoni mhix togħġob lil Conte li jaf li Juventus mhux se jibagħtu l-plejers tagħhom u allura se jkollu nofs …

Juventus-FIGC. Jidħlu fin-nofs l-avukati

MatthewJuve Uncategorised 2 Comments

‘Tuttosport’ tirraporta li Juventus qed jieħdu pariri legali sabiex jaraw kif jistgħu jopponu t-talba tal-FIGC li jinżamm training camp fil-bidu ta’ Frar. Conte jrid dan it-training camp biex ikun jista’ jaħdem mal-plejers tat-tim tiegħu u fl-istess ħin jibda jesperimenta ftit. Juventus ma jridux jafu li jisilfu l-plejers tagħhom lit-tim nazzjonali. Ma ninsewx li Juventus huma t-tim li l-iktar ikollu plejers …

Diżgwid bejn Juventus u l-FIGC

MatthewJuve News Leave a Comment

Xi klabbs tas-Serie A, fosthom anki Juventus, huma rappurtati li ma jridux japprova l-proposta li għada l-President tal-FIGC, Tavecchio se jressaq fil-laqgħa tal-Lega Calcio. Skont ‘La Gazzetta dello Sport’ Tavecchio se jitlob li jkun hemm tliet training camps għat-tim nazzjonali fi Frar u Ġunju. Juventus u l-klabbs l-oħra ma jridux japprovaw din il-proposta peress li mhix ġejja mill-FIFA. Skont ir-regolamenti …