Il-100 partita ta’ Ronaldo ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Genoa-Juventus se tkun il-100 partita ta’ Cristiano Ronaldo bil-flokk ta’ Juventus. Fid-99 partita li lagħab s’issa, Ronaldo skurja 77 gowl. Interessanti li f’dawn it-tliet snin ma’ Juventus, Ronaldo dejjem skurja kull darba li lagħab kontra tim minn Genova (Genoa jew Sampdoria). Matthew Scerri

Benevento-Juventus 1-1

MatthewJuve News 1 Comment

Logħba diżappuntanti għal Juventus minn taħt kull aspett, kemm mil-lat ta’ riżultat kif ukoll minn dak tal-wirja. It-tim ta’ Pirlo beda tajjeb u fl-ewwel taqsima kellu l-kontroll tal-partita, biss wara l-gowl ta’ Morata ma għarafx jagħlaq il-partita (żball li ilna snin nagħmlu!). Benevento kisbu d-draw b’xutt mill-isbaħ fi tmiem l-ewwel taqsima u minn dak il-punt ‘il quddiem bilkemm rajna reazzjoni …

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Novembru)

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum se nfakkru paġna mhux tant sabiħa tal-passat ta’ Juventus. Bħal-lum fl-1973 Juventus kienu tilfu l-Finali tat-Tazza Interkontinentali kontra l-Indipendiente. Dik kienet l-ewwel darba li Juventus kellhom iċ-ċans li jsiru champions tad-dinja, imma ma għarfux jieħdu l-opportunità tad-deheb. Ta’ min jgħid li dik is-sena Juventus kienu tilfu l-ewwel Finali tat-Tazza taċ-Champions kontra Ajax. L-Olandiżi għażlu li ma jilagħbux it-Tazza Interkontinentali …