Anniversarju: 29/5/1985 it-Traġedja tal-Heysel

MatthewJuve News Leave a Comment

It-traġedja tal-Heysel, 29 ta’ Mejju, 1985 Finali Tazza taċ-Champions, Liverpool vs Juventus Tajjeb li nġibu fil-qosor x’seħħ dakinhar tat-traġedja tal-Heysel . Siegħa qabel il-kick-off tal-Finali, grupp ta’ partitarji Ingliżi attakkaw lill-partitarji li kienu qed jokkupaw l-area newtrali, il-famuża Curva Z fl-istadium tal-Heysel. L-ispettaturi fil-Curva Z, fil-maġġor parti tagħhom Juventini, beżgħu u rtiraw lura mal-avvanz tal-hooligans Ingliżi iżda sabu ma’ wiċċhom il-ħajt …

It-Traġedja tal-Heysel hi parti mill-istorja tal-Club tagħna wkoll!

MatthewJuve News 1 Comment

Qed nisiltu silta mill-ktieb “Iswed u Abjad” li kien ippubblikat mill-Club tagħna sabiex ikun iċċelebrat bl-aktar mod denju l-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Club. Il-ktieb, miktub minn Manwel Scerri u Matthew Scerri se jkun xhieda diretta tal-istorja tal-Club mill-1975 ‘il quddiem. It-traġedja tal-Heysel hi parti mill-istorja tal-Club tagħna wkoll. Ejjew naraw kif: Is-silta mill-ktieb: B’dieqa rridu ngħidu li dakinhar konna xhieda diretti ta’ …

Allegri jfakkar il-vittmi tal-Heysel

MatthewJuve News Leave a Comment

Ġest tassew sabiħ ta’ Allegri li fil-bidu tal-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum talab minuta ta’ silenzju b’tifkira għad-39 vittma tat-traġedja tal-Heysel, li seħħet proprju bħal-lum fl-1985. Il-ġurnalisti preżenti qagħdu fi skiet perfett u wara li ntemmet il-minuta ċapċpu bil-qalb. Matthew Scerri

Inizjattiva biex jitfakkru l-vittmi tal-Heysel

MatthewJuve News Leave a Comment

Fid-29 ta’ Mejju, fl-okkażjoni tal-31 anniversarju mit-traġedja tal-Heysel, il-belt ta’ Turin se tfakkar il-vittmi b’inizjattiva ħelwa. Fuq il-‘Mole Antonelliana’, li hi s-simbolu tal-belt ta’ Turin, se tidher il-kitba ‘+39 rispetto’. Dakinhar f’Heysel tilfu ħajjithom 39 persuna u dan hu s-sens ta’ din il-kitba. Matthew Scerri

Quddiesa għall-vittmi tat-Traġedja tal-Heysel

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilbieraħ filgħaxija fil-knisja tal-‘Gran Madre’ f’Turin saret quddiesa ta’ suffraġju għall-vittmi tat-Traġedja tal-Heysel. Għal din il-quddiesa kienu preżenti l-plejers attwali ta’ Juventus, kif ukoll xi personalitajiet Juventini tal-passat. Matthew Scerri

Imfakkra l-vittmi tat-Traġedja tal-Heysel

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt il-festa tat-33 scudetto, ma setax jonqos it-tifkira tal-vittmi tat-traġedja tal-Heysel. Ftit jiem oħra, fid-29 ta’ Mejju se jaħbat it-tletin anniversarju minn meta seħħet din it-traġedja li ħalliet 39 vittmi. Fil-minuta 39 tal-partita s-supporters esibew streamer kbir bil-kitba “+39 Rispetto”. Kien hemm anki streamers oħra u kitbiet kbar bl-ismijiet tal-vittmi. Dan kollu sar ovvjament fost iċ-ċapip tal-istadium kollu. Matthew Scerri