Posts

Higuain: “Se nkun dejjem kuntent għar-rebħiet ta’ Juventus”

Intervistat minn CBS, Gonzalo Higuain stqarr li se jkun dejjem “kuntent għar-rebħiet ta’ Juventus. Għandi ħafna rikordji sbieħ, l-aktar meta rbaħna lil Tottenham jew meta għal ftit ma qlajniex lil Real Madrid. Fl-Ewropa kont tlift il-ħeġġa li nilgħab u issa sibtha lura hawn fl-Amerka. Ridt anki nibqa’ ‘l bogħod mill-pressjoni tal-media.”

Matthew Scerri

Higuain jgħaxxaqha fid-debutt tiegħu ma’ Inter Miami

Filwaqt li Luis Suarez kellu debutt tal-ħolm ma’ Atletico b’żewġ gowls u assist f’għoxrin minuta, l-istess ma nistgħux ngħidu dwar Gonzalo Higuain. It-tim tiegħu ta’ Inter Miami tilef 3-0 u l-Pipita falla penalty. Mhux hekk biss, ħin minnhom spiċċa ġie fl-idejn ma’ plejer avversarju. Kull darba li Higuain ikun ‘il bogħod mit-tim Juventin qed ikun nervuż u ma jkunx kapaċi jesprimi t-talent kollu tiegħu.

Matthew Scerri

Filmat: Il-gowls kollha ta’ Higuain bil-flokk ta’ Juventus

Uffiċjali: Higuain telaq lil Juventus

Tħabbar b’mod uffiċjali li ġie tterminat il-kuntratt ta’ Higuain wara qbil mal-plejer innifsu. B’konsegwenza ta’ dan kollu Juventus irreġistraw minusvalenza ta’ 18.5 miljun Ewro u għaldaqstant id-deficit dis-sena kien ta’ 90 miljun Ewro. Għada se jiltaqa’ l-Bord tad-Diretturi biex jemendaw ir-rapport finanzjarju li se jkun imressaq lix-share-holders.

Matthew Scerri

Higuain se jiffirma ma’ Inter Miami sal-2022

Gonzalo Higuain jinsab l-Amerka fejn fis-sigħat li ġejjin se jkun qed jiffirma kuntratt ma’ Inter Miami sa Diċembru 2022. Hu se jilgħab fl-istess tim ta’ Matuidi u, fuq kollox, se jkun qrib familtu fl-Arġentina.

Matthew Scerri

Ftehim biex ikun itterminat il-kuntratt ta’ Higuain

Gonzalo Higuain iffirma l-ftehim ma’ Juventus biex il-kuntratt tiegħu jkun xolt b’mod konsenswali. Hu se jkun qed idaħħal 4 miljuni f’dal-ftehim. Jidher li hu issa jinsab diġà l-Amerka fejn se jkun qed jingħaqad ma’ Inter Miami.

Matthew Scerri

Rapporti dwar ftehim bejn Juventus u Higuain. S’issa m’hemmx konfermi

Tard ilbieraħ filgħaxija diversi siti bdew jirrapurtaw li Juventus laħqu ftehim ma’ Higuain biex ixolji l-kuntratt. Kien qed ikun irrapurtat li permezz ta’ dal-ftehim Higuain se jieħu 50% tal-paga dovuta lilu dis-sena. L-aħbar s’issa għadha ma ġietx ikkonfermata minn Juventus. Barra minn hekk tajjeb ngħidu li Calciomercato.com, ftit qabel nofsillejl, sostnew li l-ftehim għadu ma nstabx, għalkemm il-partijiet jinsabu tassew qrib li jirranġaw l-affarijiet bejniethom. Probabbli li Higuain ħa ftit taż-żmien għal riflessjoni qabel jagħti r-risposta definittiva lil Juventus.

Matthew Scerri

Ħu Higuain jinsab Turin biex isib ftehim ma’ Juventus

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Nicolas Higuain wasal Turin u skont Calciomercato.com f’dawn il-jiem hu kellu u se jkollu numru ta’ laqgħat ma’ Juventus. L-iskop hu li jinstab ftehim definittiv sabiex jintemm il-kuntratt ta’ Gonzalo Higuain. L-intenzjoni tal-partijiet hu li jinstab ftehim u għaldaqstant jaf ikollna żviluppi ma jdumx.

Matthew Scerri

Higuain ma lagħabx dalgħodu kontra l-Under 23?

Dalgħodu Juventus lagħbu partita ta’ ħbiberija kontra t-tim Under 23 bi preparazzjoni għall-impenji tal-kampjonat. Hemm rapporti li x’aktarx dalgħodu Higuain ma lagħabx minkejja li m’għandux injury. Jekk konfermata, din tista’ tkun indikazzjoni li Higuain jinsab qrib li jitlaq lil Juventus. Li hu ċert hu li Pirlo stess iddikjara li Higuain ma jiffurmax parti mill-pjanijiet tiegħu.

Matthew Scerri

Xejn ġdid dwar Higuain u Khedira

Għaddiet ġurnata oħra u għad ma kellna ebda aħbar ċerta dwar it-tluq ta’ Higuain. Pirlo u ħu Higuain għamluha uffiċjali li l-Pipita se jitlaq lil Juventus, biss s’issa l-kuntratt tiegħu għadu ma ġiex annullat. Ilna nisimgħu li Higuain għandu ftehim ma’ Inter Miami. Issa llum kien hemm l-għidut li anki DC United ressqu offerta lil Higuain. Ħafna għidut, iż-żmien għaddej, u xejn uffiċjali mhu jseħħ.

L-istess jgħodd anki għal Khedira. F’dal-każ, fil-verità, Pirlo kien iddikjara li kull deċiżjoni dwar il-futur ta’ Khedira se tittieħed wara li jkun daħal lura mill-injury. Fi kliem ieħor lanqas hu ċert li se jitlaq lil Juventus. Minn dak li nafu, hemm interess minn xi klabbs biss ebda offerta konkreta.

Nittamaw li dawn is-sitwazzjonijiet jissolvew malajr għall-ġid ta’ Juventus!

Matthew Scerri