Xejn gravi għal Emre Can

MatthewJuve News Leave a Comment

Emre Can ħalla l-grawnd ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima. Mill-ewwel deher li l-bidla kienet marbuta ma’ xi tip ta’ problema fiżika. Skont Tuttojuve.com l-ewwel indikazzjonijiet huma li Emre Can ħalla l-grawnd minħabba Bugħawwieġ. Xejn gravi, għaldaqstant. Matthew Scerri

Spinazzola għandu sitt xhur barra?

MatthewJuve News Leave a Comment

Aktar kmieni llum il-Professur Mariani opera lil Spinazzola. Apparti l-meniscus, l-injury ta’ Spinazzola kien jirrigwarda anki l-legamenti ta’ rkoptu. Biex niftehmu hi l-istess operazzjoni li fl-aħħar ftit snin għaddew minnha Marchisio u Pjaca. Normalment plejer tal-futbol jieħu madwar sitt xhur biex jirkupra minn injury bħal dan. Matthew Scerri

Mandzukic ma ttrenjax ma’ sħabu

MatthewJuve News Leave a Comment

Mario Mandzukic illum ma ttrenjax ma’ sħabu u għaldaqstant hemm dubji kbar dwar kemm se jkun jista’ jilgħab kontra Bologna. Ovvjament fadal jumejn oħra u fihom kollox jista’ jiġri, biss hu ferm probabbli li Allegri ma jirriskjahx xorta waħda. Matthew Scerri

Madwar 10 punti għal Mandzukic

MatthewJuve News Leave a Comment

Dal-lejl, wara l-partita, kellhom isiru madwar 10 punti sabiex tingħalaq il-ferita f’sieq Mandzukic li kienet ikkawżata mid-daħla vjolenta ta’ Vecino fuqu. Fl-istqarrija ta’ Juventus naqraw li hi dubjuża l-preżenza ta’ Mandzukic fil-grawnd nhar is-Sibt kontra Bologna. Matthew Scerri