Id-data probabbli tas-Super Cup Taljana

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta Il Mattino qed tbassar li l-Finali tas-Super Cup Taljana bejn Juventus u Napoli se tintlagħab fl-20 ta’ Jannar. S’issa l-Lega Calcio għadha ma ħabbret xejn dwar is-Super Cup. Li hu żgur hu li dis-sena l-partita mhux se tintlagħab barra l-pajjiż minħabba l-Covid. Probabbli li l-Finali se tintlagħab fl-Olimpico ta’ Ruma jew f’San Siro. Matthew Scerri

McKennie fieq!

MatthewJuve News Leave a Comment

Weston McKennie fieq mill-Covid-19. Hu ttestja negattiv fl-aħħar swab test li sarlu lbieraħ. L-aħbar tal-fejqan ta’ McKennie ngħatat direttament minn Juventus. Skont il-protokoll tal-FIGC, McKennie se jkun jista’ jilgħab għada kontra Verona. S’issa m’hemm l-ebda aħbar ġdida dwar Ronaldo u nifhmu li għadu pożittiv għax li kieku fieq, żgur kienet tingħata l-aħbar flimkien ma’ dik ta’ McKennie. Matthew Scerri