Juventus-Dynamo Kiev 3-0

MatthewJuve News Leave a Comment

L-ewwel gowl ta’ Chiesa u s-750 gowl fil-karriera ta’ Ronaldo. Żewġ gowls storiċi li magħhom irridu nżidu gowl ieħor ta’ Morata. Juventus kisbu rebħa faċli f’partiti li kkontrollaw u ddominaw tul id-disgħin minuta. Chiesa kellu wirja tassew tajba u kien involuti fit-tliet gowls tal-partita. Ronaldo u Morata huma dejjem iktar koppja li qed taqbel u li kapaċi tkisser lid-difiża avversarja. …

Dybala mistenni jerġa’ jkun fuq il-bank tas-sostituti

MatthewJuve News Leave a Comment

Kollox jindika li llejla Paulo Dybala mhux se jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Dynamo Kiev. Fil-fatt Pirlo se jibda b’Morata u Ronaldo. L-Ispanjol se jitlef iż-żewġ partiti li jmiss tal-kampjonat u allura se jilgħab illejla. Ronaldo, mill-banda l-oħra, se jkun qed jirritorna fl-azzjoni wara li ngħata ftit tal-mistrieħ kontra Benevento. Matthew Scerri