Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Ferencvaros. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 33% tal-voti, segwit minn Morata b’30% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Arthur b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem. Matthew Scerri
Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Ferencvaros
Juventus-Ferencvaros bir-ritratti
Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Ferencvaros. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. Sors: Juventus.com
Filmat: Il-kummenti ta’ Morata, Alex Sandro u De Ligt dwar Juventus-Ferencvaros
Juventus-Ferencvaros 2-1
Rebħa drammatika imma ferm mistħoqqha għal Juventus kontra Ferencvaros. It-tim ta’ Pirlo lagħab logħba pjuttost tajba għalkemm ir-ritmu tal-logħob kien baxx wisq, filwaqt li l-azzjonijiet tal-Bianconeri kienu kemxejn prevedibbli. Ferencvaros kienu organizzati u spiss dehru perikolużi fil-kontrattakki tagħhom. L-Ungeriżi marru fil-vantaġġ fl-Ewwel Taqsima u nistgħu ngħidu li sa dak il-ħin ftit li xejn rajna minn Juventus. Imbagħad bdiet ir-reazzjoni ta’ …
Ivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Ferencvaros
Segwi dal-link biex tivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus:-Ferencvaros: https://app.ex.co/stories/matthews102/ivvota-g-all-aqwa-plejer-ta-juventus-ferencvaros
Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Ferencvaros
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Danilo, De Ligt, Alex Sandro; McKennie, Arthur, Bentancur, Bernardeschi; Dybala, Ronaldo. Ferencvaros (3-4-3): Dibusz; Lovrencsics, Dvali, Blazic, Frimpong, Heister; Siger, Somalia; Uzuni, Zubkov, Nguen.
Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Ferencvaros
Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Ferencvaros huma: Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Israel. Difensuri: De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Dragusin, Frabotta. Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski. Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala. Matthew Scerri
Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Ferencvaros
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Danilo, De Ligt, Alex Sandro; Kulusevski, Arthur, Bentancur, Bernardeschi; Ronaldo, Dybala. Ferencvaros (4-2-3-1): Dibusz; Lovrencsics, Blazic, Botka, Heister; Somalia, Kharatin; Uzuni, Isael, Nguen; Boli. Sors: Sportmediaset
Filmat: It-training Juventin lejlet il-partita kontra Ferencvaros
- Page 1 of 2
- 1
- 2