Juventus se jxolju l-kuntratt ta’ Khedira?

MatthewJuve News Leave a Comment

Kulma jmur hu dejjem iktar probabbli li Sami Khedira jħalli lil Juventus. Hu jidher li mhux se jkollu postu garantit mal-ewwel ħdax ta’ Sarri u barra minn hekk il-ħafna injuries li kellu fl-aħħar xhur qed iwasslu biex Juventus serjament qed jikkunsidraw li jħalluh jitlaq. Skont Calciomercato.com Juventus lesti jiftħu negozjati ma’ Khedira biex jinstab ftehim ħalli l-kuntratt tiegħu jiġi xolt. …

Operazzjoni għal Khedira

MatthewJuve News Leave a Comment

Sami Khedira ħabbar minn fuq il-profili tiegħi tas-social media li fil-ġimagħtejn li ġejjin se ssirlu operazzjoni fl-irkoppa. Hu spjega li ħa d-deċiżjoni li jopera ruħu wara li ilu erba’ xhur bl-uġigħ. Khedira mistenni jidħol lura fl-azzjoni fil-bidu tal-istaġun li jmiss. View this post on Instagram After four months of continuous pain in my knee – some days worse than others …

Khedira jinsab ok

MatthewJuve News Leave a Comment

Sami Khedira fieq u beda t-taħriġ personalizzat fil-gym. Skont Tuttosport mit-testijiet mediċi li sarulu l-problema tat-taħbit mgħaġġel ta’ qalbu ssolviet. Hu għaldaqstant seta’ jibda t-taħriġ għalkemm għalissa għadu ma bediex joħroġ fil-grawnd, imam qed jittrenja waħdu fil-gym. Dejjem skont Tuttosport hemm ċans żgħir ħafna li jirnexxilu jilħaq jirkupra sat-12 ta’ Marzu. Matthew Scerri

Khedira jinsab mill-ġdid f’Turin

MatthewJuve News Leave a Comment

Sami Khedira mar lura Turin wara li wasal fi tmiemu l-perjodu ta’ konvalexxenza. It-tobba qed isegwuh mill-qrib. Intant daqt jibda bil-mod il-mod it-taħriġ bil-għan li ma jdumx ma jirritorna fl-azzjoni. Matthew Scerri

Problema medika li tista’ tkun kemxejn serja għal Khedira

MatthewJuve News Leave a Comment

Sami Khedira ma ġiex mgħajjat u se jkollu jitlef il-partita kontra Atletico Madrid. Hu għandu problema f’qalbu u se jkun hemm bżonn aktar testijiet mediċi fil-jiem li ġejjin sabiex jinstab l-aħjar mod biex ifieq. Il-problema tista’ tkun waħda serja u żgur li mhux se narawh fl-azzjoni qabel it-tobba jkunu ċerti li fieq. Matthew Scerri

Khedira b’rasu tuġgħu minħabba Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Fuq Twitter Sami Khedira rringazzja ironikament lil Ronaldo għall-uġigħ ta’ ras li qabbdu dal-lejl. Nafu li ħin minnhom Ronaldo xxuttja l-ballun b’saħħa u laqat lil Khedira f’wiċċu. Khedira mhux biss waqa’ mal-art, imma jidher li baqa’ jħoss l-effetti anki matul il-lejl. Back to winning ways with a great team performance in Sassuolo 💪🏽⚽️ Thanks for the headache tonight @Cristiano … …

Tlieta dubjużi għal nhar il-Ħadd

MatthewJuve News Leave a Comment

Tliet plejers Bianconeri jistgħu jitilfu l-partita tal-Ħadd kontra Lazio. Fil-fatt sal-bieraħ Pjanic, Khedira u Cancelo ma kinux qed jittrenjaw mal-kumplament tat-tim. Khedira nafu li qala’ daqqa nhar it-Tnejn waqt it-training u lanqas seta’ jilgħab kontra Chievo. Pjanic, mill-banda l-oħra qala’ daqqa fil-pexxun waqt il-partita, filwaqt li Cancelo kellu problema muskolari li ma ħallitux jittrenja. Matthew Scerri

Suppost xejn gravi għal Khedira

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed jaslu aktar aġġornamenti dwar l-injury ta’ Khedira. S’issa għad m’hemmx stqarrijiet minn Juventus, biss jidher li Allegri ma lagħbux b’mod prekawzjonali wara li qala’ daqqa fit-training tal-lum. Xejn gravi, fi kliem ieħor, u fuq kollox ebda konnessjoni mal-injuries li żammewh barra mill-azzjoni fl-ewwel parti tal-istaġun. Matthew Scerri