Morata jaf ma jibdiex mill-ewwel minuta kontra Sassuolo

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Calciomercato.com Alvaro Morata jaf ma jibdiex mill-ewwel minuta kontra Sassuolo. Fil-fatt Pirlo u l-istaff tiegħu ma jridux jirriskjawh kontra Sassuolo bil-possibbiltà jitilfuh għall-partita kontra Inter. Siti oħra qed isostnu li lanqas biss se jkun laħaq irkupra sa nhar il-Ħadd u l-aktar l-aktar se jkun jista’ jilgħab ftit kontra Genoa fil-Coppa Italia nhar l-Erbgħa. Matthew Scerri

Uffiċjali: Morata jista’ jilgħab kontra Genoa

MatthewJuve News Leave a Comment

Intlaqa’ l-appell imressaq minn Juventus dwar is-sospensjoni ta’ 2 partiti partiti lil Alvaro Morata wara t-tkeċċija fi tmiem Benevento-Juventus. Ġie stabbilit li Morata għandu jkun sospiż għal partita waħda biss u jiġi mmultat 8000 Ewro. Morata skonta l-partita sospensjoni kontra Torino u għaldaqstant se jkun jista’ jilgħab nhar il-Ħadd kontra Genoa. Matthew Scerri

Morata sospiż għal żewġ partiti

MatthewJuve News Leave a Comment

Alvaro Morata ġie sospiż għal żewġ partiti fis-Serie A. Hu qala’ karat safra wara li r-referee Pasqua saffar tmiem il-partita Benevento-Juventus. Morata baqa’ jipprotesta mar-referee u qal kliem mhux xieraq. Għaldaqstant ġie muri karta ħamra u issa weħel sospensjoni ta’ żewġ partiti. Matthew Scerri

S’issa skurjaw biss ħames plejers Juventini fis-Serie A

MatthewJuve News Leave a Comment

Dis-sena l-gowls kollha ta’ Juventus fis-Serie A ġew skurjati kollha minn ħames plejers differenti (Ronaldo, Morata, Kulusevski, Rabiot u Bonucci). It-timijiet l-oħra tas-Serie A kellhom iktar plejers minn Juventus li sabu x-xibka dis-sena. It-tim jidher li hu dipendenti fuq Ronaldo u Morata, filwaqt li Dybala għadu ma ġiex f’tiegħu. Plejers oħra li swew il-flus, bħal Chiesa, qed jilagħbu tajjeb imma …