Klabbs mis-Serie A jridu lil Nicolussi Caviglia

MatthewJuve News Leave a Comment

Tliet timijiet tas-Serie A, kollha mir-reġjun tal-Liguria, qed juru interess li jiksbu lil Hans Nicolussi Caviglia mingħand Juventus. S’issa l-plejer qed jittrenja fil-Continassa u x’aktarx Pirlo jixtieq jarah fl-azzjoni mill-qrib biex jifhem għandux iżommu jew le. Jekk Juventus jagħżlu li jisilfuh mill-ġdid, fuqu hemm Sampdoria, Genoa u Spezia. Matthew Scerri

Nicolussi Caviglia beda t-taħriġ fil-Continassa

MatthewJuve News Leave a Comment

Dalgħodu Hans Nicolussi Caviglia kien fil-JMedical għall-iswab test u wara li ħareġ ir-riżultat beda jittrenja mat-tim ta’ Pirlo fil-Continassa. Hu kellu staġun mill-aqwa ma’ Perugia u issa jidher li Pirlo jrid jarah fl-azzjoni mill-qrib sabiex jifhem jekk jistax ikun utli għal Juventus jew inkella jaqbilx li jinsilef lil xi tim ieħor. Matthew Scerri

Interess qawwi minn klabbs tas-Serie A f’Nicolussi Caviglia

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Tliet klabbs tas-Serie A jinsabu interessati li jiksbu lil Hans Nicolussi Caviglia. Skont La Gazzetta dello Sport Atalanta offrew 10 miljuni għalih f’Ġunju, biss Juventus ma laqgħux din l-offerta. Issa hemm Genoa u Sampdoria li jriduh b’saħħa. Jidher li Juventus iridu ftehim fejn minkejja li se jkunu qed ibigħuh, xorta waħda se jżommu d-dritt tar-recompra fuqu. Matthew Scerri

M’hemmx post ma’ Juventus għal diversi plejers mislufin

MatthewJuve News Leave a Comment

Tuttosport analizzat is-sitwazzjoni ta’ diversi plejers li se jkunu qed jirritornaw ma’ Juventus das-sajf wara sena mislufin lil tim ieħor. Perin u Romero, x’aktarx se jkun mislufa mill-ġdid jew mibjugħa peress li Juventus m’għandhomx bżonnhom. Paratici qed joffri lit-tnejn li huma f’diversi negozjati għall-akkwist ta’ plejers. Nicolussi Caviglia u Pjaca huma wkoll ċerti li se jkunu qed jilagħbu għal tim …

L-aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti (16 ta’ Ġunju 2020)

MatthewJuve News Leave a Comment

Ramsey. Diveri klabbs Ingliżi jriduh Jidher li Aaron Ramsey ħalla rikordju tassew qawwi fl-Ingilterra. Tant hu hekk li fl-aħħar jiem kellna rapporti li l-klabbs prinċipali tal-Premier League jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tiegħu. S’issa hu ssemma ma’ Tottenham, Chelsea, kif ukoll iż-żewġ timijiet ta’ Manchester. Pedro sejjer ma’ Roma Kollox jindika li Pedro se jkun qed jiffirma ma’ Roma. Jidher …