Paratici f’laqgħa ma’ Ramadani

MatthewJuve News Leave a Comment

Aktar kmieni llum waranofsinhar Fabio Paratici jidher li kellu laqgħa mal-aġent Ramadani, li fost l-oħrajn għandu l-prokura ta’ Sarri. Skont Sky il-laqgħa damet madwar sagħtejn. Dan jidher li hu pass ieħor sabiex Sarri jkun jista’ jinħatar kowċ ta’ Juventus. Matthew Scerri

Il-vjaġġi ta’ Paratici

MatthewJuve News 1 Comment

F’dawn l-aħħar jumejn Fabio Paratici kien ‘il bogħod mill-Italja hekk kif l-ewwel mar Pariġi u issa jinsab Londra. Hu ilu fil-kapitali Ingliża mill-bieraħ. Bosta qed jorbtu dal-vjaġġ ma’ xi laqgħat ma’ Chelsea biex Sarri jkun jista’ jiffirma għal Juventus. S’issa però ma hemm ebda indikazzjoni li Paratici ltaqa’ ma’ xi aġenti jew inkella xi uffiċċjali ta’ Chelsea. Matthew Scerri

Paratici jtenni: “Għandna l-ideat ċari ħafna”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Għandna l-ideat ċari ħafna. Qed naħdmu. Neħtieġu ftit taż-żmien. Hemm range ta’ kowċis li qed nikkunsidraw. M’hemmx data stipulata sakemm il-kowċ il-ġdid għandu jkun jinħatar.” Kliem ta’ Paratici fl-okkażjoni tal-għoti tal-premju Football Leader. Mistoqsi dwar l-intervista ta’ Sarri u n-nostalġija li qed iħoss tal-Italja, Paratici wieġeb: “Fil-verità Sarri qal li qed iħoss in-nuqqas tal-Italja, bħal kulħadd. Hawnhekk nieklu tajjeb.” Matthew …

Paratici jista’ jkun li ltaqa’ ma’ Guardiola f’Milan

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi siti online qed iġibu ritratt ta’ Fabio Paratici qrib il-Hotel Parigi li tinsab fil-belt ta’ Milan. F’din l-istess lukanda allegatament qed joqgħod Guardiola li jinsab l-Italja għal ftit jiem. L-ispekulazzjonijiet huma li Paratici mar biex jiltaqa’ ma’ Guardiola. Apparti dar-ritratti, però, m’hemm xejn iktar li jindika li effettivament Paratici kellu laqgħa ma’ Guardiola. Matthew Scerri

Paratici: “Għandna idea ċara dwar il-kowċ”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Bħalissa qed nikkunsidraw l-affarijiet sew, però għandna idea ċara dwar min se jmexxi lit-tim.” Hekk tkellem Fabio Paratici lbieraħ filgħaxija f’Milan fejn kien jinsab għall-għoti ta’ premju. Il-kliem ta’ Paratici jaqbel perfettament ma’ dak li qal Nedved erbgħa u għoxrin siegħa qabel. Matthew Scerri

Paratici jara mill-qrib diversi plejers li jinteressaw lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici se jassisti għall-partita Portugall-Serbja. Hu jrid jara fl-azzjoni diversi plejers, fosthom lil Ruben Dias u Joao Felix, iż-żewġ talenti Portugiżi li tant qed jinteressaw lil Juventus. Barra minn hekk Paratici se jieħu din l-okkażjoni sabiex jara lil Milenkovic (Fiorentina) u Milinkovic-Savic (Lazio) li ilhom ftit fil-mira tal-Bianconeri. Matthew Scerri

Paratici jgħid tiegħu dwar il-futur ta’ Allegri

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Napoli-Juventus, Fabio Paratici sostna li “l-futur ta’ Allegri ma’ Juventus mhuwiex marbut maċ-Champions League jew ma’ kampjonat mirbuħ jew mitluf. Hu marbut ma’ proġett magħna. Kif qal tajjeb hu wara l-partita kontra Atletico Allegri se jiltaqa’ ma’ Agnelli u se jiddiskutu l-futur flimkien. Wara naraw x’se jiġri.” Paratici ċaħad anki li bired ir-rapport bejn Allegri u d-diriġenza Bianconera: “Jien …