Triestina-Juventus 0-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-prova ġenerali ta’ Juventus ġimgħa qabel il-bidu tal-kampjonat marret tajjeb ferm. Juventus dehru atletikament f’sikkithom u tattikament urew li bdew li bdew jassorbu l-ideat ta’ Sarri. Ma ninsewx li Sarri beda jaħdem fuq dat-tim mill-10 ta’ Lulju, prattikament xahar u ġimgħa ilu. F’temp relattivament qasir hu beda jibdel il-mentalità tat-tim: qed naraw il-plejers fil-grawnd jilagħbu u jattakkaw il-ħin kollu, qed …

Ramsey se jilgħab kontra Triestina

MatthewJuve News Leave a Comment

Nhar is-Sibt kontra Triestina Aaron Ramsey se jagħmel id-debutt tiegħu ma’ Juventus. Hu kellu jilgħab għal ftit minuti kontra t-tim Primavera f’Villar Perosa. Fil-fatt, skont Tuttojuve.com, Ramsey kien qed jagħmel il-warming-up waqt li bdiet l-invażjoni paċifika tas-supporters. Fi kliem ieħor kien dieħel fil-grawnd imma mbagħad il-partita kellha titwaqqaf. Issa kontra Triestina se nkunu nistgħu narawh fl-azzjoni bil-flokk ta’ Juventus. Matthew …

Juventus A-Juventus B 3-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għelbu lit-tim Primavera bl-iskor ta’ 3-1 f’partita li damet biss 51 minuta minħabba li s-supporters invadew il-grawnd. L-eroj tal-ġurnata kien Dybala li skurja doppjetta. Il-gowl l-ieħor ta’ Juventus kellu l-firma ta’ Cuadrado. Għat-tim Primavera l-gowl wasal minn awtogowl ta’ Demiral. Matthew Scerri