Tiftakru dan il-gowl?

MatthewJuve News Leave a Comment

Lura għas-sena 1995, preċiżament nhar is-17 ta’ Mejju 1995, meta kienet intlagħbet it-tieni partita tal-Finali tat-Tazza Uefa. Dakinhar Juventus kienu għażlu li l-partita f’darhom jilagħbuha f’San Siro minflok fid-Delle Alpi minħabba diżgwid mal-awtoritajiet tal-belt ta’ Turin li kienu qed joġġezzjonaw li Juventus jibnu stadium tagħhom. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw il-ġmiel ta’ gowl li kien skurja Vialli. Hju kien irċieva …

Lazio jagħmlu dak li fis-Serie A rnexxa biss lil Juventus fl-1938

MatthewJuve News Leave a Comment

Grazzi għal Lazio sirna nafu rekord ieħor ta’ Juventus. Illum kontra Palermo, Lazio kisbu rebħa kbira bl-iskor ta’ 6-2. It-tim ta’ Inzaghi skurja ħames gowls fl-ewwel 26 minuta tal-partita. L-uniku tim li qatt irnexxilu jagħmel ħaġa simili fis-Serie A kien dak ta’ Juventus fl-1938, bl-avversarji dakinhar kienu Fiorentina. Matthew Scerri

L-ewwel Derby ta’ Milan kien immexxi minn Juventin!

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit ‘Calciomercato.com’ ħarġet bi storja interessanti ferm dwar l-ewwel Derby li qatt ntlagħab bejn Milan u Inter. Kienet is-sena 1909. Ir-referee ta’ dik il-partita kien l-Ingliż Goodley, uffiċċjal tat-tim Juventin u espert tar-regoli. F’dawk iż-żminijiet bikrija ma kienx hemm referees bħal-lum u l-partita kienu jitmexxew minn uffiċċjali tal-klabbs li kienu jafu bir-reqqa r-regolamenti. Matthew Scerri

Juventus-Barċellona fil-passat

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Permezz ta’ filmati meħuda minn YouTube qed nwasslulkom filmati mill-logħbiet kollha li ntlagħbu fit-Tazzi Ewropej bejn Juventus u Barċellona. Dan biex nidħlu aktar fl-atmosfera tal-partita taċ-Champions League li se tkun deċiżiva biex nkomplu nħaddnu l-ħolma li nerfaw din it-tazza li tant ittina problemi. F’dawn il-filmati se nsibu plejers li taw kontribut liż-żewġ timijet bħal Michael Laudrup.  Jidhru  wkoll plejers leġġendari bħal Michel …

Juventus-Napoli fil-passat

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Permezz ta’filmati meħuda minn YouTube qed inwasslulkom il-konfronti diretti ġol-belt ta’Turin bejn Juventus u Napoli fl-edizzjonijiet preċedenti tal-Coppa Italia. Ta’min jinnota li allavolja dawn iż-żewġ timijiet għandhom passat glorjuż f’din il-kompetizzjoni, kien hemm biss erbgħa logħbiet bejnithom ġo Turin. Il-Juventus għadhom s’issa bla telf wara li rebħu tlett konfronti u ġew draw il-partita l-oħra. IL-KONFRONT BEJNIETHOM ĠO TURIN FIL-COPPA ITALIA 28.05.1978 …