Perin mill-ewwel minuta kontra Genoa?

MatthewJuve News Leave a Comment

Perin jista’ jkollu l-opportunità li jerġa’ jibda mill-ewwel minuta ma’ Juventus nhar is-Sibt. Did-darba hu jaf se jkun qed jiddefendi l-lasti ta’ Juventus kontra l-eks tim tiegħu, Genoa. Skont La Gazzetta dello Sport hu probabbli ferm li Allegri jagħti l-opportunità li jilgħab din il-partita tant speċjali għalih. Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus xtraw lil Perin

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus FC taw l-aħbar uffiċjali li xtraw mingħand Genoa lill-gowlkiper Taljan Mattia Perin. Juventus se jkunu qed iħallsu 12-il miljun Ewro għalih fi tliet rati. Ma’ dis-somma jistgħu jiżdiedu 3 miljuni oħra f’bonuses. Perin iffirma kuntratt ta’ erba’ snin ma’ Juventus. Matthew Scerri

Għada se jsiru t-testijiet mediċi ta’ Perin

MatthewJuve News Leave a Comment

Għada suppost tkun il-ġurnata tat-testijiet mediċi ta’ Matteo Perin ma’ Juventus. Il-gowlkiper Taljan jinsab Turin u diversi siti ppubblikaw ritratti tiegħu flimkien mal-aġent Lucci f’lukanda. Għada jsirulu t-testijiet mediċi u immedjatament wara jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Forsi filgħaxija stess tingħata l-aħbar uffiċjali tat-trasferiment tiegħu ma’ Juventus. Matthew Scerri