Diversi plejers neqsin anki għall-partita kontra Fiorentina

MatthewJuve News Leave a Comment

Kontra Fiorentina, Allegri se jerġa’ jkollu diversi plejers neqsin. Nafu bil-problemi ta’ Perin u Khedira, li mhux se nkunu nistgħu naraw qabel is-sena d-dieħla. Hemm ċans tajjeb li anki Dybala se jkollu jibqa’ wieqaf għal madwar tliet ġimgħat. Jibqgħu dubjużi anki Chiellini, Mandzukic, Pjanic u Douglas Costa. Probabbli li Allegri mhux se jirriskja jilgħabhom kontra Fiorentina. Matthew Scerri

Pjanic bid-deni

MatthewJuve News Leave a Comment

La Gazzetta dello Sport qed tirraporta li Miralem Pjanic ma jinsabx mija fil-mija f’sikktu minħabba li għandu ħajta deni. S’issa l-indikazzjonijiet huma li hu se jkun jista’ jibda mill-ewwel minuta kontra Atletico, biss f’każijiet bħal dawn xejn ma jista’ jkun eskluż. Matthew Scerri

Żvelati l-pjanijiet tal-mercato Juventin

MatthewJuve News Leave a Comment

Scoop tal-gazzetta Il Tempo li rċeviet karta mqatta’ li allegatament Fabio Paratici ħalla warajh f’restorant f’Milan. Fuq dil-karta hemm imniżżlin l-ismijiet li Juventus iridu jixtru jew aħjar se jippruvaw jixtru għas-sena d-dieħla. Hemm anki ċ-ċifri li Juventus se joffru għal xi plejers. Pereżempju Juventus lesti jonfqu 40 miljun għal Zaniolo u 50 miljun għal Chiesa. Jidher ukoll minn dil-karta li …

Meta deħlin lura l-plejers Juventini barra mill-azzjoni minħabba injury

MatthewJuve News Leave a Comment

Massimiliano Allegri għamel il-punt dwar il-plejers li jinsabu barra b’injuries. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Lazio-Juventus, Allegri sostna li Barzagli se jkun lura fl-azzjoni madwar tlieta jew erba’ ġimgħat oħra. Pjanic se jkun qed jittrenja ma’ sħabu minn nhar it-Tnejn. Cancelo, mill-banda l-oħra se jkun mgħajjat għall-partita kontra Lazio anki jekk mhux se jibda mill-ewwel minuta. Fl-aħħar nett Mandzukic u …