Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Novara. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. Sors: Juventus.com
Juventus-Novara 5-0
L-era Pirlo bdiet b’rebħa u b’wirja sostanzjalment tajba. F’dan l-istadju għadu kmieni wisq biex wieħed jiġġudika lit-tim u għaldaqstant kull kumment hu kemxejn superfluwu. Il-partita kontra Novara wrieta li Pirlo għandu f’moħħu s-sistema tat-3-4-1-2, sistema li jekk xejn se tagħti ċ-ċans lil Cuadrado u lil Alex Sandro jilagħbu iktar qrib il-lasti avversarji milli kienu jagħmlu sena ilu. Il-plejers kollha dehru …
McKennie u Kulusevski fost l-aqwa fl-ewwel taqsima
McKennie u Kulusevki kienu l-uniċi mill-plejers il-ġodda li lagħbu fl-ewwel taqsima kontra Novara. Huma kellhom wirja tajba ferm. Nafu li l-avversarji huma li huma, imma xorta waħda ninsabu kuntenti għall-fatt li McKennie u Kulusevski wrew li integraw sew ma’ sħabhom. McKennie deher li hu plejer simili għal Matuidi għax jirbaħ ħafna blalen, imma b’iktar kwalità mill-Franċiż meta jilgħab il-ballun. Kulusevski …
Uffiċjali: L-ewwel ħdax ta’ Juventus kontra Novara
Juventus ħabbru li kontra Novara Andrea Pirlo se juża lill-dawn il-plejers mill-ewwel minuta: Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, McKennie, Rabiot, Ramsey, Alex Sandro; Kulusevski, Ronaldo. Matthew Scerri
Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Novara
Juventus (3-5-2): Szczesny; Demiral, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, Bentancur, Arthur, Rabiot, Alex Sandro; Kulusevsky, Ronaldo.Fuq il-bank tas-sostituti: Buffon, Pinsoglio, De Sciglio, Rugani, Pellegrini, Danilo, McKennie, Douglas Costa, Pjaca. Novara (4-3-2-1): Lanni; Pagani, Bellich, Bove, Cagnano; Nardi, Collodel, Schiavi; Cisco, Panico; Gonzalez.Fuq il-bank tas-sostituti: Marricchi, Spada, Hrkac, Rusconi, N. Tordini, M. Tordini, Spitale, Lorenzi, Pinotti, Zunno, Bortolussi, Bianchi, Buzzegoli. Sors: Tuttojuve.com
Illum Juventus-Novara
Dalgħodu fl-10.30 Juventus se jilagħbu l-ewwel vera partita ta’ ħbiberija għal dan l-istaġun. L-avversarji se jkunu Novara u din hi meqjusa bħala l-provi ġenerali qabel il-bidu tal-kampjonat sebat ijiem oħra. Mil-lum se nibdew naraw fl-azzjoni l-Juventus ta’ Pirlo u se jkollna indikazzjoni dwar is-sistema ta’ logħob li se jużaw. Ovvjament mhix se tkun il-proprja Juventus dik li se naraw illum …
Juventus-Novara nhar il-Ħadd
L-ewwel vera partita ta’ ħbiberija tal-preseason Juventin se tintlagħab nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru fl-10.30 ta’ filgħodu. L-avversarji se jkunu Novara. Il-partita se tixxandar fuq Sky. Dil-partita se tkun ir-rehearsal ġenerali ġimgħa qabel il-bidu tal-kampjonat. Matthew Scerri
Douglas Costa b’messaġġ fuq Instagram
“Hard work.” Hekk kiteb Douglas Costa fuq Instagram. Jidher li hu jinsab motivat ferm li jkollu staġun tajjeb ma’ Juventus. Minn dak li nafu hu rkupra mill-injury li kellu u bħalissa jinsab lest biex jirbaħ post mal-ewwel ħdax ta’ Juventus għall-partita kontra Sampdoria. View this post on Instagram Hard work A post shared by DC11 (@douglascosta) on Sep 5, 2020 …