Posts

Rabiot: “Ma narax għalfejn għandi nitlaq lil Juventus”

“Ninsab tajjeb ma’ Juventus. Inħossni apprezzat minn kulħadd. Nara lili nnifsi fid-dna ta’ dal-klabb, fl-etika tax-xogħol u fil-kultura tar-rebħ. Ma narax għalfejn għandi nitlaq. Irrid nirbaħ mill-ġdid l-iscudetto. Għandna t-tim u l-kwalitajiet biex nagħmlu dan. Irrid tazzi nazzjonali, ibda biex is-Super Cup kontra Inter. U rrid nirbaħ iċ-Champions League li Juventus ilhom wisq ma’ jirbħu.” Hekk tkellem Adrien Rabiot dwar il-futur tiegħu f’intervista mogħtija lil La Gazzetta dello Sport. Dwar Allegri, Rabiot qal li jinsab kuntent li rritorna ma’ Juventus u sostna li sentejn ilu kien għażel li jingħaqad ma’ Juventus proprju minħabba fih. Hu kellu kliem ta’ tifħir anki għal Pirlo li, skontu, ħadem tajjeb u kien jeħtieġ iktar żmien biex juri l-ideat tiegħu.

Matthew Scerri

Filmat: Intervisti lil Pirlo u Rabiot

https://www.youtube.com/watch?v=8xg8HaZBpuI

Rabiot m’għadux iktar sospiż

Adrien Rabiot kellu jkun sospiż kontra Napoli wara li tkeċċa fil-partita tal-Olimpico. Skont ir-regolamenti peress li Juventus-Napoli ma tħassritx u l-Imħallef tal-Isports ta telfa walkover lil Napoli, is-sospensjoni ta’ Rabiot trid titqies daqslikieku seħħet. Fi kliem ieħor hu se jkun jista’ jilgħab kontra Crotone nhar is-Sibt.

Matthew Scerri

Everton għadhom iridu lil Rabiot

L-għidut tal-calciomercato ma jieqaf qatt u ċerta plejers jidhru dejjem imdendlin, fis-sens li jidhru li se jkunu qed jitilqu lit-tim tagħhom fi kwalunkwe mument. Wieħed minn dawn il-plejers hu Rabiot. Everton jidhru li għadhom qed isegwuh mill-qrib u x’aktarx se jkunu qed jagħmlu tentattiv ieħor f’Jannar biex jiffirmawh mingħand Juventus.

Matthew Scerri

Rabiot sospiż għal partita waħda

L-Imħallef tal-Isport issospenda lil Adrien Rabiot għal partita waħda fis-Serie A. Dan wara li l-Franċiż tkeċċa għal żewġ karti sofor kontra Roma. Rabiot issa se jkollu jitlef il-partita ta’ nhar il-Ħadd kontra Napoli.

Matthew Scerri