Ramsey se jkollu l-flokk numru 8 ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Aaron Ramsey qatta’ l-ġurnata jżur l-Allianz Stadium u l-Jmuseum. Fuq l-istories ta’ Instagram tella’ ħafna ritratti ta’ dawn iż-żjarat tiegħu. Miegħu kien hemm ibnu Sonny li kien liebed il-flokk ta’ Juventus bil-kitba Papa u n-numru 8. Dan ifisser li hu probabbli ferm li Ramsew se jkollu l-flokk numru 8 ma’ Juventus, l-istess numru li kellu ma’ Arsenal. Matthew Scerri

Ramsey jinsab Turin

MatthewJuve News Leave a Comment

Online ħarġet l-aħbar li Aaron Ramsey jinsab Turin f’dawn il-jiem. Supporter Juventin, fil-fatt, tella’ selfie li ħa ma’ Ramsey. Hemm saħansitra l-għidut li Ramsey se jkun illum stess fl-Allianz Stadium sabiex jassisti għall-partita kontra Atalanta. Matthew Scerri

Uffiċjali: Ramsey iffirma għal Juventus!

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus F.C. ħabbru b’mod uffiċjali li Aaron Ramsey iffirma magħhom u se jkun qed jilbes il-flokk abjad u iswed mill-1 ta’ Lulju 2019. Hu ffirma kuntratt li se jorbtu ma’ Juventus sat-30 ta’ Ġunju 2023. Juventus se jħallsu s-somma ta’ 3.7 miljun Ewro b’rabta ma’ dat-trasferiment. Matthew Scerri

Audero jaf iwassal għat-trasferiment ta’ Ramsey ma’ Juventus f’Jannar

MatthewJuve News Leave a Comment

F’dawn l-aħħar sigħat kien hemm diversi xnigħat li Emil Audero jista’ jwassal biex Juventus jiksbu lil Ramsey f’Jannar. Fil-fatt Arsenal qed juru interess fih u diġà tkellmu ma’ Juventus dwar il-possibbilità li jiksbu s-servizzi tiegħu. Juventus lesti jikkuntentawhom bil-kundizzjoni però li Ramsey jiġi minnufih fit-tim ta’ Allegri. Ovvjament wieħed irid jara jekk Sampdoria humiex se jaċċettaw li jtemmu s-self ta’ …

Xaqq ta’ tama li Ramsey jiġi f’Jannar

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għadhom biċ-ċans li jiksbu lil Aaron Ramsey f’dis-sessjoni ta’ Jannar. Fil-fatt Arsenal qed jippruvaw jixtru wieħed bejn Denis Suarez ta’ Barcellona u James Rodriguez ta’ Bayern Munich. F’każ li jiksbu lil wieħed minn dawn it-tnejn, skont il-gazzetta Independent, huma se jħallu lil Ramsey jitlaq ma’ Juventus minnufih. Matthew Scerri

Nhar il-Ħadd jaf isiru t-testijiet mediċi ta’ Ramsey fil-JMedical

MatthewJuve News Leave a Comment

Hemm għidut qawwi li Aaron Ramsey fil-jiem li ġejjin se jkun Turin għat-testijiet mediċi ma’ Juventus. Saħansitra hemm min qed isostni li dawn it-testijiet se jsiru nhar il-Ħadd stess. Juventus għandhom għaġġla kbira sabiex jiffirmawh bil-lesta għas-sajf. Mhux eskluż lanqas li jilħaq jinstab ftehim ma’ Arsenal ħalli t-trasferiment jidħol fis-seħħ minn Jannar stess. Matthew Scerri

Arsenal jaraw kbir għal Ramsey

MatthewJuve News Leave a Comment

Arsenal qed jitolbu somma għolja wisq biex jbigħu lil Aaron Ramsey f’Jannar. Skont Calciomercato.com il-Gunners talbu lil Juventus is-somma ta’ 20 miljun Ewro. Il-Bianconeri qed iqisuha għolja wisq peress li Ramsey għandu kuntratt li jiskadi sitt xhur oħra u diġà aċċetta l-proposta li jilbes il-flokk ta’ Juventus minn Lulju. Matthew Scerri