Titkellem l-avukatessa ta’ Mayorga

MatthewJuve News Leave a Comment

L-avukatessa ta’ Kathryn Mayorga, Larissa Drohobyczer iċċarat l-affarijiet dwar ir-rapport imressaq fil-konfront ta’ Ronaldo b’rabta mal-akkuża ta’ stupru. Skont l-avukatessa l-akkużi qatt ma ġew irtirati biss peress li kienu saru żewġ rapporti kellu jiġi rtirat wieħed minnhom b’rabta mal-ġurisdizzjoni tal-każ. Matthew Scerri

Mayorga tirtira l-akkuża fil-konfront ta’ Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Bloomberg taw l-aħbar li Katheryn Mayorga rtirat ir-rapport li kienet ressqet kontra Ronaldo minħabba l-allegat stupru tal-2009. S’issa għad m’hemmx ħjiel jekk hi rtiratx ir-rapport fuq bażi volontarja jew inkella kienx hemm xi tip ta’ ftehim mal-avukati ta’ Ronaldo. Matthew Scerri

Ronaldo se jkun ippremjat illejla bħala l-Aqwa Plejer tal-istaġun fl-Italja

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla Cristiano Ronaldo se jirċievi l-premju mingħand il-Lega Calcio bħala l-Aqwa Plejer tal-Kampjonat Taljan għas-sena 2018/19. Miegħu se jkunu ppremjati plejers oħra: L-Aqwa Gowlkiper: Samir HandanovicL-Aqwa Difensur: Kalidou Koulibaly L-Aqwa Plejer ta’ Nofs il-Grawnd: Milinkovic-SavicL-Aqwa Attakkant: Fabio QuagliarellaL-Aqwa Talent Żagħżugħ: Nicolo Zaniolo Ir-rebbieħa ntgħażlu permezz ta’ kalkoli ta’ Ernst & Young fuq il-bażi ta’ data miġbura minn STATS u OPTA, kif ukoll …

Is-600 gowl ta’ Ronaldo mal-klabbs

MatthewJuve News Leave a Comment

Kontra Inter, Cristiano Ronaldo skurja l-gowl numru 600 fil-karriera tiegħu mal-klabbs. Ċifra li, konvinti, mistennija tkompli taġġorna ruħha spissa fis-snin li ġejjin hekk kif Ronaldo jidher li fadallu ħafna x’jagħti lill-futbol minkejja li għandu 34 sena. Matthew Scerri

Rekord personali ieħor għal Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Cristiano Ronaldo hu l-ewwel plejer fl-istorja li qatt irnexxilu jirbaħ il-Premier League Ingliża, il-Liga Spanjola u s-Serie A. Ħadd qablu ma kien irnexxilu jagħmel dan u għaldaqstant Ronaldo jista’ jżid rekord ieħor mal-ħafna li diġà għandu. Matthew Scerri