Hemm suspett qawwi li jista’ jkun hemm żewġ plejers pożittivi fi ħdan it-tim nazzjonali Taljan. F’dal-mumenti l-istaff mediku Taljan qed jistenna xi riżultati b’rabta tal-iswab tests li saru. Kif għidna hu probabbli li hemm xi każijiet ta’ Covid. X’aktarx aktar tard illum stess għandna nkunu nafu fiċ-ċert. Matthew Scerri
Ramsey weġġa’ mat-tim nazzjonali
Il-ġurnata tal-aħbarijet ħżiena tkompli issa b’aħbar ta’ injury ta’ Aaron Ramsey. Il-Federazzjoni ta’ Wales ħabbret li hu mhux se jkun jista’ jilgħab kontra l-Bulgarija minħabba injury. Meta ninsabu biss ġimgħa ‘l bogħod mill-ewwel partita taċ-Champions League, Pirlo jaf li għandu lil Dybala li jinsab marid, Ronaldo li għandu l-Covid u Ramsey barra mill-azzjoni minħabba injury. Matthew Scerri
Dybala bid-deni imma m’għandux il-Covid
Mill-Arġentina tasal l-aħbar li wara l-gastrite, Dybala issa jidher li għandu anki d-deni. Sarlu swab test u r-riżultat kien negattiv. It-tobba ma jidhrux imħassba wisq dwaru. Dybala se jkun qed jasal lura Turin il-Ħamis jew il-Ġimgħa hekk kif se jkun qed jivvjaġġa fuq il-jet privat ta’ Messi sabiex ikun hemm inqas ċans ta’ riskju li jiġi f’kuntatt ma’ persuni bil-virus. …
Każ ta’ Covid fit-tim nazzjonali Portugiż
Il-gowler Anthony Lopes hu l-uniku plejer tat-tim nazzjonali Portugiż li ttestja pożittiv għall-Covid u mill-ewwel ġie iżolat mill-bqija ta’ sħabu. Il-plejers l-oħra, fosthom anki Ronaldo, se jibqa’ jsirilhom swab tests regolari sabiex ikun aċċertat li ħadd iktar ma ġie infettat. Matthew Scerri
Iżlanda-Italja U/21 tħassret b’rabta mal-Covid-19
Il-partita Iżlanda-Italja U/21 kellha tiġi posposta minħabba li l-awtoritajiet tas-saħħa tal-Iżlanda poġġew fi kwarantina lill-plejers u lill-istaff tat-tim nazzjonali Taljan. Fil-fatt erba’ plejers u membru tal-istaff tat-tim nazzjonali Taljan instabu pożittivi għall-Covid-19. Wara ftehim li ntlaħaq matul il-ġurnata, l-awtoritajiet ħallew lill-plejers mhux pożittivi jmorru lura l-Italja, filwaqt li l-plejers bil-Covid-19 għalissa baqgħu l-Iżlanda. Matthew Scerri
Problema ħafifa għal Dybala
Paulo Dybala dal-lejl kellu jitlef il-partita tal-Arġentina kontra l-Ekwador. Hu kellu problemi b’rabta ma’ gastrite ħafifa li tatu fil-ġurnata tal-partita. Xejn gravi, imma kellu jitlef dil-partita. Matthew Scerri
Filmat: Italja-Moldova 6-0
Id-Direttur tal-ASL ta’ Turin: “Juventus imxew b’mod eżemplari”
Illum reġa’ kien hemm ħafna għidut dwar il-plejers ta’ Juventus li ma baqgħux fl-iżolament ‘fiduciario’ tagħhom. L-aħbar tpinġiet, minn min kellu kull interess li jħammeġ lil Juventus, qishom Juventus ma mxewx mar-regolamenti, daqslikieku kienu t-tim ta’ Napoli. Il-verità hi li Juventus għarrfu lill-ASL ta’ Turin li xi plejers kienu se joħorġu mill-iżolament sabiex jingħaqdu mat-timijiet nazzjonali. Il-plejers inkwistjoni huma Bentacur, …
Il-plejers Bianconeri qed jistennew ir-riżultati tal-iswab tests qabel jingħaqdu mat-timijiet nazzjonali
Għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet ippubblikati mill-Gazzetta dello Sport, Bonucci u Chiellini għadhom fil-JHotel u mhux se jmorru Coverciano mat-tim nazzjonali Taljan qabel joħroġ ir-riżultati tal-iswab tests li sarilhom mill-ġdid. Għada se jkun hemm swab tests oħra u jekk kollox ikun negattiv, Juventus ikunu jistgħu jwaqqfu l-iżolament ‘fiduciario’ tagħhom wara li s-Sibt nstabu żewġ ħaddiema pożittivi. Il-plejers Bianconeri l-oħra li huma mgħajta mat-timijiet …
Ramsey mgħajjat mat-tim nazzjonali
Aaron Ramsey reġa’ ġie mgħajjat mat-tim nazzjonali ta’ Wales għall-partiti li se jilagħbu kontra l-Ingilterra, l-Irlanda u l-Ungerija bejn it-8 u l-14 ta’ Ottubru. Matthew Scerri