Posts

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Ferencvaros

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Ferencvaros huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Israel.

Difensuri: De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Dragusin, Frabotta.

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski.

Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Demiral

Merih Demiral sofra injury muskolari u se jkollu jibqa’ barra għal madwar għaxart ijiem. Bħalissa Pirlo fadallu biss żewġ difensuri ċentrali (De Ligt u Danilo) hekk kif Bonucci u Chiellini huma barra mill-azzjoni b’injuries huma wkoll.

Matthew Scerri

Siebert se jmexxi Juventus-Ferencvaros

L-Uefa għażlet lil Daniel Siebert sabiex imexxi l-partita taċ-Champions League bejn Juventus u Ferencvaros. Din se tkun l-ewwel darba li hu se jkun qed imexxi partita ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Ramsey x’aktarx se jilħaq jirkupra għaċ-Champions League

Aaron Ramsey mistenni jkun għad-dispożizzjoni ta’ Pirlo fl-okkażjoni ta’ Juventus-Ferencvaros. Hu rkupra mill-injury li kien sofra u jekk fil-jumejn li ġejjin se jkun qed jittrenja mingħajr problemi mal-bqija tat-tim, allura dan ikun ifisser li se jkun jista’ jilgħab kontra l-Ungeriżi.

Matthew Scerri

Juventus-Ferencvaros. Statistika tal-konfronti tal-passat

Din hi l-ewwel darba fl-istorja li Juventus u Ferencvaros qed jilagħbu kontra xulxin fiċ-Champions League. B’kollox, però, insibu li kien hemm tmien konfronti diretti bejn it-timijiet. Fis-Snin Tletin tas-Seklu l-ieħor Juventus u Ferencvaros iltaqgħu erba’ darbiet fit-Tazza tal-Ewropa Ċentrali. Tletin sena wara, fis-Snin Sittin, kien hemm żewġ konfronti fil-Mitropa Cup u logħba fit-Tazza tal-Fieri. Fl-4 ta’ Novembru li għadda Ferencvaros laqgħu f’darhom lil Juventus għall-ewwel darba fiċ-Champions League. Kif kulħadd jiftakar dakinar Juventus rebħu bl-iskor ta’ 1-4 bil-gowls ta’ Morata u Dybala.

Mil-lat statistiku nsibu li Juventus rebħu erbgħa mis-seba’ konfronti ma’ Ferencvaros. Apparti dawn l-erba’ rebħiet kien hemm żewġ draws u żewġ rebħiet għat-tim Ungeriż.

Matthew Scerri

Ansu Fati se jitlef Barcellona-Juventus minħabba injury

Ansu Fati sofra injury f’irkoptu li se jżommu barra mill-azzjoni għal madwar xahar u nofs. Hu għaldaqstant se jkun qed jitlef il-partita kontra Juventus fil-gruppi taċ-Champions League.

Matthew Scerri

Morata hu l-Aqwa Plejer ta’ Ferencvaros-Juventus

Alvaro Morata ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Ferencvaros u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 75% tal-voti, segwit minn Cuadrado b’8% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Dybala b’5% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri