Posts

Stéphanie Frappart se tmexxi Juventus-Dynamo Kiev. L-ewwel mara li se tirreffja partita taċ-Champions League

Juventus-Dynamo Kiev se tkun partita storika. Fil-fatt l-Uefa għażlet lil Stéphanie Frappart biex tkun ir-referee tal-partita. Frappart se tkun l-ewwel referee mara li se tmexxi partita taċ-Champions League.

Matthew Scerri

Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Ferencvaros

Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Ferencvaros. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 33% tal-voti, segwit minn Morata b’30% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Arthur b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Juventus-Ferencvaros bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Ferencvaros. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Juventus-Ferencvaros 2-1

Rebħa drammatika imma ferm mistħoqqha għal Juventus kontra Ferencvaros. It-tim ta’ Pirlo lagħab logħba pjuttost tajba għalkemm ir-ritmu tal-logħob kien baxx wisq, filwaqt li l-azzjonijiet tal-Bianconeri kienu kemxejn prevedibbli. Ferencvaros kienu organizzati u spiss dehru perikolużi fil-kontrattakki tagħhom. L-Ungeriżi marru fil-vantaġġ fl-Ewwel Taqsima u nistgħu ngħidu li sa dak il-ħin ftit li xejn rajna minn Juventus. Imbagħad bdiet ir-reazzjoni ta’ Juventus li dawru r-riżultat bil-gowls ta’ Ronaldo u Morata.

JUVENTUS-FERENCVAROS 2-1

Skurjaw: Uzuni (F), Ronaldo (J), Morata (J)

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Danilo, De Ligt, Alex Sandro; McKennie (Kulusevski), Arthur (Ramsey), Bentancur (Rabiot), Bernardeschi (Chiesa); Dybala (Morata), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Ferencvaros (3-4-3): Dibusz; Lovrencsics (Bolka), Dvali, Blazic, Frimpong, Heister; Siger (Laidouni), Somalia; Uzuni, Zubkov (Isael), Nguen (Boli). Kowċ: Rebrov.

Referee: Siebert.

Karti sofor: Siger (F), Danilo (J), Chiesa (J)

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Ferencvaros

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Danilo, De Ligt, Alex Sandro; McKennie, Arthur, Bentancur, Bernardeschi; Dybala, Ronaldo.

Ferencvaros (3-4-3): Dibusz; Lovrencsics, Dvali, Blazic, Frimpong, Heister; Siger, Somalia; Uzuni, Zubkov, Nguen.