Multa biss għal Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Kummissjoni Dixxiplinari tal-Uefa ma ssospenditx lil Cristiano Ronaldo għall-mossa tiegħu waqt il-partita kontra Atletico Madrid. Minflok hu weħel multa ta’ 20,000 Ewro. Fi kliem ieħor il-Kummissjoni mxiet bl-istess qies kemm ma’ Simeone kif ukoll ma’ Ronaldo. Matthew Scerri

Illum inkunu nafu l-verdett tal-Uefa dwar Ronaldo

MatthewJuve News

Hemm stennija kbira biex illum insiru nafu l-verdett tal-Kummissjoni Dixxiplinari tal-Uefa dwar il-mossa ta’ Ronaldo fil-partita kontra Atletico Madrid. L-indikazzjonijiet huma li hu se jeħel multa, l-istess bħal Simeone li kien għamel mossa ferm iktar gravi u vulgari fl-ewwel konfront. Fi Spanja, però, qed issir pressjoni qawwija sabiex Ronaldo jkun sospiż u jekk verament il-Kummissjoni tiddeċiedi f’dan is-sens, il-każ ċertament …

Tliet Juventini nominati għat-tim tas-sena tal-Uefa

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Uefa ħabbret il-lista ta’ plejers nominati għat-tim tas-sena. Fil-lista hemm tliet plejers Bianconeri: Buffon, Higuain u Bonucci. Il-lista sħiħa ta’ plejers mgħajta hi: Gowlkipers: Rui Patricio (Sporting Club), Keylor Navas (Real Madrid), Jan Oblak (Atletico Madrid), Gianluigi Buffon (Juventus).  Difensuri: Gerard Pique’ (Barcellona), Joshua Kimmich (Bayern Munich), Toby Alderweireld (Tottenham), Sergio Ramos, Pepe u Dani Carvajal (Real Madrid), Raphael Guerreiro …

Ħames Juventini kandidati għall-Aqwa Plejer tal-UEFA

MatthewJuve News Leave a Comment

Ħames plejers ta’ Juventus tal-istaġun li għadda huma fost il-kandidati tal-“UEFA Best Player in Europe Award”. Dawn huma: Buffon, Pogba, Vidal, Tevez u Pirlo. Il-kandidati l-oħra huma: Messi, Neymar u Suarez  ta’ Barcellona, Ronaldo ta’ Real Madrid u Hazard ta’ Chelsea. Ir-rebbieħ se jitħabbar fit-28 ta’ Awwissu. Matthew Scerri

Sospiż il-Fair Play Finanzjarju

MatthewJuve News Leave a Comment

It-Tribunal de Première Istance de Bruxelles issospenda l-Fair Play Finanzjarju wara li tressaq rikors mill-avukat Dupont, wieħed mill-imħuħ tas-sentenza Bosman. It-Tribunal ordna li għalissa l-Fair Play Finanzjarju jkun sospiż sakemm il-qorti tiddeċiedi jekk għadux jitneħħa għal kollox jew inkella jibqax f’postu kif trid l-Uefa. Matthew Scerri