Anniversarju: Fit-23 ta’ Awwissu 1910 twieled Giuseppe Meazza

MatthewJuve News Leave a Comment

Fit-23 ta’ Awwissu 1910 twieldet leġġenda tal-futbol Taljan, Giuseppe Meazza. Hu r-raba’ l-aqwa skorer fl-istorja tas-Serie A u wieħed mit-tliet plejers Taljani li rnexxilhom jirbħu t-Tazza tad-Dinja darbtejn. Għalkemm hu rabat ismu l-iktar ma’ Inter u Milan, Meazza lagħab anki sena ma’ Juventus. FL-istaġun 1942-43 hu skorja 10 gowls f’27 partita mal-Bianconeri. Il-filmat t’hawn taħt fih profil ta’ Meazza:

Anniversarju: 25/4/1990 Juventus jirbħu l-Coppa Italia

MatthewJuve News Leave a Comment

Wieħed u tletin sena ilu Juventus rebħu l-Coppa Italia għat-tmien darba fl-istorja tagħhom. Fil-finali huma kienu lagħbu kontra Milan u rebħu bl-iskor ta’ 1-0 bil-gowl tar-rebħa jkollu l-firma ta’ Roberto Galia. Dik il-ħabta l-Finali tal-Coppa Italia kienet tintlagħab fuq żewġ partiti. L-ewwel konfront, f’Turin, kien intemm fi draw ta’ 0-0. Imbagħad, kif għidna, fil-25 t’ April 1990 Juventus f’San Siro …

Anniversarju: 25/4/1995 miet Andrea Fortunato

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum jaħbat il-25 anniversarju mill-mewt ta’ Andrea Fortunato. Kien proprju fil-25 t’April 1995 li Fortunato tilef il-ġlieda kontra l-marda kiefra tal-lukiemja. Kien deher li seta’ jirbaħ din il-ġlieda, imma xi kumplikazzjonijiet wasslu biex Fortunato ħalla din id-dinja fl-età ta’ 23 sena. Il-video t’hawn taħt ifakkarna ftit min kien Fortunato. Matthew Scerri

Ferrara jagħlaq 51 sena!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Ciro Ferrara jagħlaq 51 sena. L-eks difensur ta’ Juventus u Napoli hu mingħajr dubju wieħed mill-aqwa difensuri Taljani ta’ kull żmien. Sena u nofs ilu kellna x-xorti li nospitawh fostna bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Club tagħna. Il-video t’hawn taħt ifakkarna x’għamel ma’ Juventus.